Reference: 45/2008

Judgement Details


Date
24/11/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
AZZOPARDI JOSEPH
Parties
SAMIR WAKIL MOHAMED vs L-ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
QORTI KOMPETENTI
Summary
Ir-rikorrent qed jghid li sofra vjolazzjoni serja tad-drittijiet fundamentali tieghu kif protetti fl-Artiklu 6 u l-Artiklu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet fundamentali tal-bniedem, kif ukolll-Artiklu 39 li jipprotegi l-istess drittijiet tal-Kostituzzjoni ta' Malta u li ghalhekk jitlob lildin l-Onorabbli Qorti taghtih ir-rimedji kollha xierqa u opportuni, fosthom li thassar, tannulla utirrevoka d-decizjoni ta' l-Employment Licencing Unit fil-konfront tieghu tal-koperazzjoni intimatal-Employment Training Corporation (ETC) u li terga' tigi riattivata l-licenzja tax-xoghol tieghu bhala baker ma' l-Alfaneshe Bakery ghal perjodu iehor ta' sena.

Pero fil-kaz in ezami ma hemmx dubju li r-rikorrenti seta' ntavola fil-konfront ta' l-eccipjent il-procedura ndikata fl-Artiklu 469(A) tal-Kapitlu 12 billi l-lanjanzi tieghu huma li d-decizjoni li qed jilmenta minnha ma nghatatx minn Tribunal imparzjali u li ma nghatatx smigh xieraq (u allura ksur ta' wiehed mill-principji tal-gustizzja naturali - audi alteram partem).

Huwa minnu li r-rikorrenti qed javvanza wkoll talbafil-konfront tad-Direttur Generali tad-Dipartiment tac-cittadinanza u dan billi d-decizjoni tal-Korporazzjoni kellha mbaghad effett dirett fuq id-decizjoni ta' l-istess Direttur Generali. Ma jistax jinghad pero' li fil-konfront ta' dan, ir-rikorrent kellu biss rimedju kostituzzjonali, ghaliex l-istess rikorrenti qieghed bl-istess mod jattakka din id-decizjoni u ghalhekk il-kawza setghet liberamentgiet istitwita fl-ambitu' ta' l-Artiklu 469(A) fil-kumpless kollu taghha.

Ghal dawn il-motivi l-Qorti tezercita d-diskrezzjoni taghha taht l-Artiklu 46(2) tal-Kostituzzjoni u tieqaf milli tisma' l-kawza fil-konfront ta' l-istess Korporazzjoni li allura hija libera mill-osservanza tal-gudizzju.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info