Reference: 249/2005/1

Judgement Details


Date
31/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CHETCUTI MARTIN ET vs GATT ROSARIO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ATT TA KONVENJU
Summary
Fil-kaz prezenti hu manifest mill-istess att promotur ta' l-Avviz illi l-azzjoni esperita hi wahda diretta ghall-prosegwiment tad-danni li l-atturi appellanti jallegaw li sofrew meta l-konvenuti zammew ghandhom ghal zmien l-ammont stabbilit fl-avviz u lilhom imhallas fuq konvenju bhala akkont tal-prezz. Il-konvenuti opponewlhom din it-talba billi in linea preliminari eccepew il-preskrizzjoni predetta.

Fl-akkoljiment taghha ta' din l-eccezzjoni l-Ewwel Qorti rragunat illi mill-ezami ta'l-avviz hemm indizji li l-bazi ta' l-azzjoni hi wahda delittwali u mhux kontrattwali. Anke jekk wiehed jillimita ruhu ghal semplici ezami, anke superficjali, ta' l-Avviz ghandu jkun evidentement carilli minn imkien minnu ma jiddixxendi illi d-danni reklamati ghandhom rabta ma' att delittwali, jewanke quasi-delittuali.

Huwa veru li l-htija meta tigi konsiderata fl-entita` guridika taghha, hija wahda; u taht dan l-aspett ma hemmx distinzjoni bejn kolpa kontrattwali u dik aquiliana, li titnissel minn delitt jew kwazi-delitt. Id-differenza bejniethom tinsab fil-‘kawza' u fil-‘grad', inkwantu, dwar il-kawza, il-htija kontrattwali tippresupponi obbligazzjoni pre-ezistenti li maghha himarbuta, mentri l-htija akwiljana tippresupponi fatt li minnu titnissel ex nunc. Ugwalment ukoll,huwa veru li mhux kull vjolazzjoni tad-dritt ta' haddiehor fl-adempiment ta' kuntratt tikkostitwixxikolpa kontrattwali, pero`, biex il-kolpa ma tkunx kontrattwali jehtieg li dik il-vjolazzjoni ma jkollhiex rapport dirett mal-kuntratt pre-ezistenti, l-ghaliex anke fil-presenza ta' kuntratt jiddependi mic-cirkustanzi l-gudizzju jekk il-kolpa li wiehed mill-kontraenti jaddebita lill-iehor hijiex kontrattwali jew akwiljana.

Oggettivament, in-ness ta' kawzalita` li jaghmlu l-atturi appellantijirreferixxi ghar-rapport li jitnissel minn att ta' konvenju u dik tal-kondotta tal-konvenuta skaturita minn dan l-istess rapport. L-ebda delitt jew kwazi-delitt ma huwa prospettat u allura ma jidherx li kienet hekk korretta l-ewwel Qorti li assoggettat l-azzjoni proposta ghar-regim preskrizzjonali tad-dannu extra-kontrattwali.

Fil-kuntest raffigurat mill-Artikolu 1357 tal-Kodici Civili,il-konvenju hu dak il-ftehim, ghal liema l-ligi tippreskrivi l-forma tal-kitba, li permezz tieghu l-partijiet jobbligaw ruhhom ghal kuntratt iehor distint u finali. Hu, allura, fonti ta' obbligazzjonijiet inerenti ghan-negozju sottoskritt bejn il-partijiet in kwantu ddetermina dak l-obbligu reciproku li huma jaddivjenu ghall-istipulazzjoni tal-kuntratt definittiv. Independentement, ghalhekk, mill-kwestjoni ta' xi inadempjenza jew xi konkors ta' kolpa tal-konvenuti, il-vera kontroversja hawnhekk, koncepita mill-appellanti ma kellhiex tattira lejha l-applikabilita` tal-preskrizzjoni bjennali sollevata mill-konvenuti b'dak l-artikolu tal-ligi pretiz minnhom . Dan ghaliex id-domanda ghad-danni individwata mill-appellanti u li fuqha qed jindirizzaw ruhhom, hi minn dawn allaccjati ma' dak tar-rapport intervenut bil-konvenju, mhux minn xi obbligazzjoni provokata minn illecitu akwiljan.

Ghaldaqstant, din il-Qorti tal-Appell tirrevoka s-sentenza appellata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info