Referenza: 611/1996/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
BARTOLO SANDRA vs FARRUGIA JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
KOLLIZJONI, DOVERI TA` MIN ISUQ - KOLLIZJONI, INDICATOR - KOLLIZJONI, RIGH TURN - KOLLIZJONI, SORPASS
Fil-Qosor
Min johrog l-indicator, ikun qed jaghti, kif huwa obbligat, avviz lit-traffiku ta' warajh u ta' quddiemu, imma ma jistax, sempliciment ghax hareg l-indiactor, jaghmel li jrid, jikser il-priorita' li jaghtu r-regolamenti u jaqleb ir-rule of the road favur tieghu. Is-sinjal ghall-ewwel ifisser illi tkun l-intenzjoni tad-driver li jaqsam it-triq, izda mhux bizzejjed biex jkun jista' jaqsam.

Min ikun qed jaghmel manuvra ta' sorpass ghandu jaghmel dan b'sigurezza, u dan sal-punt li meta jigi osservat li l-overtaking ikun perikoluz skond driver prudenti li dejjem jista' jipprevedi li l-vettura li jkun qed jaqla' tista' tbiddel ir-rotta, is-sewwieq ghandu dejjem jevita li jaghmel l-istesssorpass

Meta wiehed jaghmel sorpass dan ghandu jiehu r-responsabilita' tal-istess manuvra tieghu, u dan ifisser li persuna ragonevoli ghandha tiddesisti milli taghmel l-istess manuvra meta dintkun tista' jew ser tikkawza perikolu lill-istess sewwieq u lill-utenti l-ohra tal-istess triq. F'kaz ta' dubju wiehed ghandu jiddesisti milli jaghmel tali manuvra, stante li l-prudenza hija l-bazi tas-sewqan regolat u responsabbli.

Il-gurisprudenza konstanti tal-Qrati taghna tat precedenzaf'kollizzjonijiet bejn vettura li tkun qed taghmel sorpass u vettura li tkun qed taghmel "righ turn"lil dak li jkun qed jissorpassa. Il-Qorti rriteniet diversi drabi illi f'kazijiet bhal dawn in ezami il-preponderanza ta' probabilita' hija illi s-sewwieq li kien qed jikser lejn il-lemin ikun qasamir-rotta ('cut across the path') tas-sewwieq li jkun qed jissorpassah minghajr ma jkun ta 'adequatewarning'.

Madanakollu jista' jkun hemm kazijiet fejn min ikun qed jaghmel is-sorpass kellu jipprevedi l-mossa li kienet qed issir mill-vettura li ghamlet ir- righ turn.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni