Referenza: 2154/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
02/10/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
PAOLO BONNICI LIMITED vs KONTROLLUR TAD-DWANA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
INDEBITI SOLUTIO, ELEMENTI TA` - INDEBITI SOLUTIO, META HIJA DOVUTA RIFUZJONI - INDEBITI SOLUTIO, SKOP TA` - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, GURISDIZZJONI TAL-QRATI - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, L-ARTIKOLU 469A MA JIPPREGUDIKAX RIMEDJI SPECJALI TAHT LIGIJIET OHRA - STHARRIG TA` EGHMIL AMMINISTRATTIV, TERMINU TA` SITT XHUR GHALL-ISTITUZZJONI TAL-AZZJONI RELATTIVA
Fil-Qosor
Kawza biex twaqqa' eghmil amministrattiv taht il-paragrafu (b) tas-subartikolu (1) tal-artikolu 469Atal-Kap. 12 ghandha ssir fi zmien sitt xhur minn meta min ikollu interess issir jaf jew setgha issir jaf, skond liema jigi l-ewwel, b'dak l-eghmil amminstrattiv.

Dawn id-disposizzjonijiet ma japplikawx meta l-mod ta' kontestazzjoni jew il-ksib ta' rimedju dwar xi att amministrattiv partikolari quddiem qorti jew tribunal jigi provdut dwaru f'xi ligi ohra.

Dan ma huwa xejn izjed hliefapplikazzjoni tal-principju li "lex specialis derogat generalis". Il-Qrati ghandhom is-setgha li jistharrgu il-validita' ta' eghmil amministrattiv inter alia meta jkun ultra vires, isir b'abbuz tal-poter, isir kontra d-dettami tal-gustizzja naturali, jew immur kontra l-ligi anke dik kostituzzjonali, tant li fis-subartikolu.

Kull min, billi jahseb bi zball li hu debitur, ihallas dejn, ghandu jitlob il-hlas lura minghand il-kreditur.

Il-ligi taghti l-azzjoni ghar-radd tal-hlas mhuxmisthoqq mhux biss meta kull ma thallas ma kienx hlas misthoqq, izda wkoll meta ghalkemm xi hlas ikun misthoqq, ikun thallas izzejjed milli kien misthoqq, u jekk jigri hekk min thallas jista' jfittexghar-radd taz-zejjed imhallas. Biex ir-radd tal-hlas mhux misthoqq jista' jintalab bil-jedd, jehtiegli dak il-hlas ikun sar bi zball u dan l-izball kien di fatto, L-izball 'di diritto' ma jservix biex jintalab bil-jedd dak l-imradd.

L-istitut ta' indebiti solutio huwa intiz sabiex il-parti li tkun hallset indebitament dak li in verita' ma jkunx dovut minnha, tkun tista' tirkupra dak li hija hallset lura, u b'hekk tigi re-integrata fil-posizzjoni taghha kif kienet qabel ma sar tali hlas,hlief fil-kaz ta' mala fede ta' min ikun ircieva dak l-indebitu, fejn ikunu jridu jsiru hlasijiet ulterjuri skond il-ligi.

Huwa ghalhekk gust u ovvju li sabiex tirnexxi din l-azzjoni d-debiturma jridx ikun gja gie kkumpensat b'mod iehor, jew diga rcieva l-ammont minnu mhallas b'mod iehor, ghaliex allura jekk jerga jithallas mill-kreditur, huwa ma jkunx ircieva rifuzzjoni ta' dak li huwa hallas, izda ikun qed jaghmel profitt ghaliex jircievi d-doppju tal-ammont li huwa hallas.Azzjoni ta'hlas indebitu ma hijiex intiza sabiex parti tipprofitta ruhha minnha, izda sabiex il-parti tigi re-integrata fil-posizzjoni precedenti ghall-allegat zball.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni