Referenza: 176/1987/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
30/10/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
PACE RAYMOND C.
Partijiet
MIFSUD ANTHONY vs BONELLO SUPT. CARMELO ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 34 (4) TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 34 TAL-KOSTITUZZJONI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM; ARTIKOLU 36 TAL-KOSTITUZZJONI
Fil-Qosor
Din is-sentenza titratta rikors kostituzzjonali pprezentat minn Anthony Mifsud fis-26 ta' Mejju 1987. Fir-rikors promotur Anthony Mifsud (ex-PC 1810) isostni li huwa gie arrestat fil-11 ta' Gunju 1982filghodu u tressaq quddiem il-Qorti Kriminali tal-Magistrati ta' Malta fil-15 ta' Gunju 1982 wara nofsinhar. Dakinhar huwa gie akkuzat b'korruzzjoni u komplicita' fil-harba mill-Habs Civili ta' zewgprigunieri, Louis Bartolo u Ahmed Khalil Habib.

Bejn meta gie arrestat u li tressaq il-Qorti,ir-rikorrent jallega li gie ttorturat mill-intimati Supretendent Carmelo Bonello u Supretendent Joseph Psaila u subalterni taghhom. Huwa sostna li gie msawwat bla hniena, u fit-tul, bis-sieq, bil-ponn u b'nerv, u spicca ma jistax jiekol u anke jisghol id-demm.Ir-rikorrent jghid ukoll illi barra l-vjolenza fizika, huwa gie mhedded b'revolver ma' rasu biex jiffirma konfessjoni.

Ghalhekk ir-rikorrenti jsostni li (1) gie vvjolat id-dritt fundamentali tieghu li ma jigix assoggettat ghal pienajew trattament inuman jew degradanti ai termini ta' l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni; (2) gie vvjolat id-dritt fundamentali tieghu ghal protezzjoni minn arrest jew detenzjoni arbitrarja ai termini ta'l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni. B'hekk talab kumpens ai termini ta' l-Artikolu 34 (4) tal-Kostituzzjoni.

Din il-Qorti thoss li gie ppruvat li r-rikorrent gie trattat b'mod inuman ghaliex gieppruvat li dan it-trattament sar b'mod deliberat u kkawzalu tbatija kemm mentali kif ukoll fizika.Aktar gravi minn hekk jinghad li dak li ghadda minn r-rikorrent jikkwalifika bhala tortura ghaliex it-trattament inuman kif ukoll degradanti li nghata kien immirat sabiex jiffirma stqarrijiet ta' ammissjoni ta' htija meta evidentement ma kienx hati. L-arrest tieghu kien illegali mhux biss ghax inzamm mal-mitt siegha arrestat qabel ma tressaq quddiem il-Qorti tal-Magistrati izda anki ghaliex l-istqarrijiet ta' ammissjoni ta' htija nkisbu wara li gie msawwat brutalment u allura aktar u aktar ir-rikorrent kellu jinheles qabel iz-zmien impost mil-ligi.

Ghal dawn il-motivi, din il-Qorti taqta' u tiddeciedi billi filwaqt li tichad l-eccezzjonijiet tal-intimati kollha kif kontenuti fir-risposti rispettivi taghhom, tilqa' t-talbiet tar-rikorrenti b'dan illi tiddikjara:-

1. Illi l-intimati vvjolaw id-dritt fundamentali tar-rikorrent li ma jigix assoggettat ghall-piena jew trattamentinuman jew degradanti ai termini ta' l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni; kif ukoll.

2. Illi l-istess intimati vvjolaw id-dritt fundamentali tar-rikorrent ghall-protezzjoni minn arrest jew detenzjoni arbitrarja ai termini ta' l-artikolu 34 tal-Kostituzzjoni;

3. Illi ghal dawn ir-ragunijiet tillikwida l-kumpens dovut lir-rikorrent ghall-ksur tad-drittijet fundamentali tieghu fis-somma ta' mija u sitta u tmenin elf, tliet mija u disgha u erbghin ewro u sebgha u tmenin centezmu (€186,349.87) u tikkundanna lill-intimati Kummissarju tal-Pulizija, Carmelo Bonello, Joseph Psaila u Dr Lawrence Pullicino in solidum bejniethom sabiex ihallsu lil Anthony Mifsud l-istess somma ta' mija u sitta u tmenin elf, tliet mija u disgha u erbghin ewro u sebgha u tmenin centezmu (€186,349.87).

Bl-ispejjez gudizzjarji kollha kontra l-istess intimati solidalment bejniethom u bl-imghax legali mid-data tas-sentenza sal-effettiv pagament.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni