Reference: 14/2006

Judgement Details


Date
20/10/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
CAMILLERI GINO
Parties
VELLA JOHN vs DIRETTUR TAR-REGISTRU PUBBLIKU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ARTIKOLU 6 (1), 8 U 14 GHAD-DRITTIJIET TAL BNIEDEM, I.E. KAP 319 TAL-LIGIJIET TA MALTA
Summary
Ir-rikorrenti zzewweg lil kjamata fil-kawza Dorianne Vella. Wara z-zwieg, l-kjamata fil-kawza weldetzewg tewmin. Skond ic-certifikat tat-twelid relattiv ir-rikorrenti hu indikat bhala l-missier tal-imsemmija tewmin. Illum il-konjugi Vella huma separati “de facto” u r-rikorrenti gie kundannat mill-Qorti kompetenti sabiex ihallas manteniment ghall-imsemmija tewmin.

Fir-rikors promotur ir-rikorrenti jsostni li huwa mhux il-missier naturali tal-istess tewmin. Jippremetti li hu gie registratbhala l-missier in vista tal-presunzjoni legali li r-ragel tal-omm hu l-missier tat-tarbija li tkuntwieldet fiz-zwieg. Huwa jippremetti ukoll li legalment ma setax jipprocedi sabiex jigi dikjarat illi t-tewmin ma kienux tfal naturali tieghu peress li kien lehaq skada t-terminu ta' sitt xhur li tridil-ligi sabiex jipprocedi bl-azzjoni tad-“denegata paternita'.” Difatti l-artikolu 73 tal-kap16 jipprovdi li r-ragel jista' jghamel kawza sabiex jichad li jaghraf tifel bhala ibnu, izda tali azzjonitrid issir fi zmien sitt xhur mit-twelid jekk fl-istess zmien huwa kien qieghed hawn Malta.

Ghalhekk ir-rikorrenti jilmenta li ma ghandu l-ebda mezz legali ghad-disposizzjoni tieghu sabiex jikseb dikjarazzjoni li huwa mhux il-missier naturali tat-tewmin in kwestjoni. Skond ir-rikorrenti danhu lesiv tad-drittijiet fundamentali tieghu kif sanciti fl-artikoli 6(1), 8 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea ghad-Drittijiet tal-Bniedem u cioe' l-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

L-artikolu 6(1) tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta jipprovdi li fi kwestjonijiet ta' natura civili kullhaddghandu d-dritt li jkollu smiegh xieraq u pubbliku, fi zmien ragjonevoli, quddiem tribunal li jkun indipendenti u imparzjali u li jkun mwaqqaf b'ligi. L-artikolu 8 tal-istess Kapitolu jissalvagwardja d-dritt ta' kull persuna ghar-rispett tal-hajja privata tieghu u tal-familja tieghu. Jipprovdi, inoltre, li l-ebda awtorita' pubblika ma tista tindahal jew tfixkel dan l-esercizzju tad-dritt ghar-rispett tal-hajja privata tal-individwu bl-eccezzjoni ta' dawk il-kazijiet li trid il-ligi u li huma necessarji f'socjeta demokratika. L-artikolu 14 jipprotegi id-dritt ghat-tgawdija tal-imsemmija drittijiet minghajr diskriminazzjoni fil-konfront tal-individwu fuq kwalunkwe bazi inkluz is-sess, razza, kulur tal-gilda, lingwa, religjon, politika jew kull opinjoni ohra. Dawn huma d-drittijiet li r-rikorrenti jippretendi li gew lesi fil-konfront tieghu minhabba il-fatt li, skond il-ligi nostrana, huwa m'ghandux dritt ta' azzjoni biex jigi rikonoxxut lilu li hu mhux il-missier naturali tal-imsemmija minuri.

In vista tal-prova xjentifika li saret fi proceduri ohra u in vista tal-konkluzjoni gustifikata ta' din il-Qorti li r-rikorrenti mhux il-missier biologiku tat-trabi in kwestjoniji l-pretensjonijiet tar-rikorrenti kienu jimmeritaw li jigu trattati minn Qorti mwaqqfa b'ligi. Ghalhekk ukoll il-kwestjoni in esami hi wahda genwina u serja u konsegwentement l-artikolu 6(1) hu applikabbli ghal dan il-kaz.

Skond il-gurisprudenza tal-Qorti Ewropea sitwazzjoni, li timplika li presunzjoni legali tista jkollha s-sopravent fuq ir-realta' biologika u xjentifika, mhux dejjem hi kompatibbli mal-obbligu li jigi assikurat rispett effettiv tal-hajja privata u tal-familja tal-individwu. Ghalhekk, fil-kaz in esami, m'hemmx l-imsemmi bilanc bejn l-esigenzi tal-individwu li jirribatti l-imsemmija presunzjoni legali u dawk tas-socjeta in generali li jkun hemm certezza tad-dritt kwantu ghar-relazzjonijiet familjari. Ghalhekk tirrizulta vjolazzjoni tal-provedimenti tal-artikolu 8 tal-Konvenzjoni fil-konfront tar-rikorrenti.

Ir-rikorrenti kien impedut milli jghamel l-imsemmija azzjoni minhabba l-imsemmi terminu impost mill-ligi. Inoltre hu beda jkollu dubji dwar il-paternita' tat-tewmin meta kien gia skada l-istess terminu. Ghalhekk ma jistax jinghad li din id-differenza bejn ir-ragel u dawk kollha li jistghu ikunu interessati hi proporzjonata mal-iskop li jrid jintlahaq. Ghalhekk tirrizulta ukoll lezjoni tal-imsemmi artikolu 14 mehud mal-artikoli 6(1) u 8.

Ghaldaqstant il-Qorti tilqa t-talbiet tar-rikorrenti fis-sens li tiddikjara li gew lesi d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti u in partikolari dawk id-drittijiet li huma garantiti bl-artikolu 6(1), 8, u 14 mehud flimkien mal-imsemmija artikoli 6(1) u 8 tal-Konvenzjoni Ewropeja ghad-Drittijiet tal-Bniedem ukonsegwentement tordna lill-intimat Direttur tar-Registru Pubbliku jikkoregi l-att tat-twelid u f'dik il-parti dedikata ghad-dettalji ta' missier tal-imsemmija trabi, fejn hemm miktub isem u kunjommissier it-tarbija, l-isem “John Vella” jithassar u jigi sostitwit bil-kliem “missier mhux maghruf”u inoltre jitnehhew minn fuq l-istess certifikati d-dettalji l-ohra kollha relattivi ghar-rikorrenti.





Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info