Reference: 1/2001/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
KUMMISSARJU TA' L-ART vs ESPOSITO JOHN
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; ESPROPRJAZZJONI
Summary
Il-Bord ta' l-Arbitragg dwar l-Artijiet ma akkoljiex it-talba tar-rikorrent sabiex l-intimat ikun ordnat jittrasferixxi favur ir-rikorrent b'titolu ta' kera l-fond nurmu 14, Triq il-Pjazzetta, Vittoriosa u dan ghaliex il-fond twaqqa mill-awtoritajiet u minfloku sar bini iehor.

Il-Kummissarju ta' l-Art appella minn din is-sentenza biex jitlob ir-revoka taghha. L-aggravju tieghu hu fis-sens illi l-Bord ma kienx messu bbaza s-sentenza tieghu fuq il-kunsiderazzjoni illi la l-fond esproprijat twaqqa' u ttella bini minfloku, hu ma setax jordna lill-intimat jitrasferixxi b'titolu ta' kera l-istess fond. B'dan, l-appellanti jikkontendi illi s-sentenza kienet impernjata fuq premessa skorretta tal-ligi ghaliex dak li ntalab bid-Dikjarazzjoni tal-President kien l-akkwist tal-fond b'titoluta' dominju pubbliku. B'ilment sekondarju l-appellanti jissottometti wkoll illi la darba l-membri teknici waslu ghal valutazzjoni unanima ta' kumpens, ic-Chairman kien obbligat, ex-Artikolu 25 (5) tal-Kapitolu 88, jadotta dik il-valutazzjoni.

Fi prospettiva ta' esproprijazzjoni jridu jigu rispettati s-segwenti principji:-
(i) Li t-tehid ta' l-art hu intiz ghal skop pubbliku;
(ii) Il-forma ta' l-akkwist prexxelta mill-awtorita` kompetenti u n-notifikazzjoni ta' l-istess lill-esproprijat;
(iii) L-indennizz.
Il-kwestjoni hawn involuta tikkoncerna principalment il-punti (ii)u (iii) appena esposti.

Fl-Artikolu 5 tal-Kapitolu 88 insibu espressament elenkati tliet forom ta' akkwist. Dawn huma (a) b'xiri assolut, jew (b) ghall-pussess u uzu ta' l-art ghal zmien determinat, jew (c) b'dominju pubbliku. Fil-kaz in ezami, il-forma ta' akkwist hi dik b'dominju pubbliku. Maghzula mill-awtorita` kompetenti din il-forma ta' akkwist - b'dominju pubbliku - dak li kellujigi ezaminat mill-Bord kienu l-implikazzjonijiet legali skaturiti minn din l-opzjoni.

L-Artikolu 2 tal-Kapitolu 88 jiddefinixxi “dominju pubbliku” bhala d-dominju ta' art minn awtorita` kompetenti li l-kwalitajiet ewlenin tieghu huma msemmijin fis-subartikolu (5), (6) u (7) ta' l-Artikolu 19. Ezami ta' dawn id-disposizzjonijiet turi li d-dominju pubbliku ghandu minn natura ta' perpetwita`, b'rikonoxximent ta' hlas ta' “kera ta' gharfien” u fejn l-awtorita` hi fakoltizzata li taghmel mill-art l-aktar uzu ampju, kompriz il-hatt ta' kull edificju fuq l-art, li tbiddel id-destinazzjoni ta' l-art u sahansitra li tirrevendika dik l-art minghand kull pussessur.

Huwa minnu li kif jinghad fl-Artikolu 37 (1) tal-Kostituzzjoni, ebda proprjeta ta' kull xorta ma ghandha tittiehed b'modobbligatorju jekk mhux versu l-hlas ta' “kumpens xieraq”. Dak li l-Qorti trid tara fl-istanza prezenti huwa x'iddecidew il-periti teknici nominati mill-Bord. Fil-kaz attwali jirrizulta mir-relazzjoni annessa mad-decizjoni tal-Bord illi dawn unanimament iddeterminaw illi l-kumpens gust ghandu jkunta' Lm4.20 fis-sena.

In vista ta' dak li jinghad fl-Artikolu 25 (5) tal-Kapitolu 88 din ir-relazzjoni kienet obbligatorja fuq ic-Chairman tal-Bord u kellha allura tircievi pjena adezjoni. Fic-cirkustanzi, akkoppjat ukoll mal-limitazzjoni stretta tas-sindakabilita (Artikolu 25 (7)), din il-Qorti ma tistax lanqas hi titbieghed minn din il-likwidazzjoni.

Ghaldaqstant, din il-Qorti ta'l-Appell tilqa' l-appell u tirrevoka s-sentenza tal-Bord ta' l-Arbitragg dwar l-Artijiet. Tilqa' invece t-talba ta' l-appellanti kif dedotta minnu quddiem il-Bord billi tordna lill-appellat jitrasferixxi lill-appellanti b'titolu ta' dominju pubbliku versu l-kera ta' gharfien ta' Lm4.20 fis-sena ekwivalenti ghal €9.78 fis-sena.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info