Reference: 182/2005/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
WINDSOR CO LTD vs FITHOME LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; PRESKRIZZJONI FUQ AZZJONI GHAL HLAS TA KREDITUR
Summary
Is-socjeta attrici talbet lil din il-Qorti tikkundanna lis-socjeta konvenuta thallasha is-somma ta'LM1,716.00 dovuta bhala bilanc minn prezz ta' merkanzija mibjugha u kkonsenjata mis-socjeta attricifuq struzzjonijiet taghha stess. Is-socjeta konvenuta qeghda tghid li l-azzjoni intavolata kontriha,kienet perenta a tenur ta' l-Artikolu 2148(a) u l-Artikolu 2156(f) tal-Kap. 16 tal-Ligijiet ta' Malta.

L-artikolu 2148 jistipula illi:
‘L-azzjonijiet hawn taht imsemmija jaqghu bi preskrizzjoni bl-eghluq ta' tmintax-il xahar:
(a) l-azzjonijiet tal-hajjata, skrapar, mastrudaxxi, bennejja, bajjada, haddieda, argentieri, arluggara u ta' persuni ohra li jahdmu sengha jew arti mekkanika,ghall-prezz ta' l-opri jew tax-xoghlijiet taghhom, jew tal-materjal li jfornu;
(b) Dwar din l-ipotesi u cioe dak li hemm kontemplat fl-artikolu 2148(a) tal-Kap. 16, il-Qorti tirrileva illi s-socjeta attrici ma tikkwalifikax bhala persuna li tezercita wahda mis-snajjiet hemm imsemmija u ghalhekk zgur li din il-preskrizzjoni ma hijiex applikabbli.'

Is-subartikolu (f) tal-artikolu 2156 jghid illi:
“L-azzjoni ghall-hlas ta' kull kreditu iehor li gej minn operazzjonijiet kummercjali jewminn hwejjeg ohra meta l-kreditu ma jkunx jaqa skond dina l-ligi jew ligijiet ohra, tal-preskrizzjoni oqsra jew ma jkunx jirrisulta minn att pubbliku.”

Is-socjeta ma resqet l-ebda prova sabiextikkonvinci lil Qorti li dan il-perjodu ta' hames snin kien b'xi mod gie nterott. Ghalhekk jirrizulta li l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni tal-hames snin kif kontemplata fl-Artikolu 2156 (f) tal-Kap 16 ghandha tigi milqugha stante li giet ippruvata. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti, filwaqt li tilqa' l-ewwel eccezzjoni tas-socjeta konvenuta, tastjeni milli tiehu konjizzjoni tal-eccezzjonijiet l-ohra u tichad it-talba tas-socjeta attrici.

Bl-appell taghha minn din is-sentenza s-socjeta` attrici tikkwerela r-ragonament ta' l-Ewwel Qorti li akkoljiet l-eccezzjoni tal-preskrizzjoni opposta a normata' l-Artikolu 2156 (f) tal-Kodici Civili. Hi, invece, tikkontendi li dik il-preskrizzjoni kienet inattendibbli in kwantu akkompanjata minn eccezzjoni li tghid li l-ammont reklamat hu esagerat. Skond is-socjeta` attrici appellanti, b'din l-eccezzjoni s-socjeta` konvenuta kienet qed taghraf almenul-ezistenza ta' parti mid-debitu u tali jimporta rinunzja ghall-preskrizzjoni kompjuta. Zewg ilmenti ohra ta' l-istess socjeta` appellanti huma fis-sens li s-socjeta` konvenuta kienet weghditha li ser thallas u, ukoll, li l-Ewwel Qorti ma setghetx tindika hi stess liema preskrizzjoni kienet applikabbli.

Dan l-ahhar ilment gie mill-ewwel skartat ghar-raguni illi mill-atti tal-kawza jirrizulta b'mod evidenti illi kienet l-istess socjeta` konvenuta, u mhux il-Qorti, li b'mod specifiku identifikat is-subincizi li hi dehrilha li kienu applikabbli fl-ambitu tat-termini preskrizzjonali a norma ta' l-Artikoli 2148 u 2156 tal-Kodici Civili, minnha riferenzjati bl-ewwel eccezzjoni.

Fir-rigward ta'l-ilmenti l-ohra, din il-Qorti ta'l-Appell tilqa' l-appell, thassar u tirrevoka s-sentenza appellata, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra s-socjeta` konvenuta appellata. Tirrinvija l-atti lura lill-Ewwel Qorti ghad-deliberazzjoni u decizjoni minnha tal-mertu tat-talba attrici u ta' l-eccezzjonijiet l-ohra ghaliha sollevati mis-socjeta` konvenuta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info