Reference: 569/2003/1

Judgement Details


Date
03/10/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CIANTAR JOSEPH vs CAMILLERI VICTOR
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
LIBELL U MALAFAMA
Summary
L-attur qed jiddikjara li l-artikolu “Tbazwir finanzjarju fil-Kunsill Lokali ta' Haz-Zebbug” bis-sottotitolu “Jinghataw direct orders li ghalihom inhargu kontijiet ta' aktar minn LM20,000”, ippubblikat fil-gurnal ‘Il-Mument', fil-harga tad-9 ta' Novembru tas-sena 2003, li tieghu l-konvenut hu l-editur, huwa libelluz u malafamanti fil-konfront ta' l-attur u li jesponieh ghad-disprezz u ghar-redikolu tal-pubbliku.L-attur qed jitlob li jithallas dik is-somma li tiffissa din il-Qorti f'ammont li majeccedix il-LM5,000.00,0 bhala danni ghall-malafama b'appikazzjoni ta' l-Artikolu 28 tal-Kapitolu 248.

Hu sintomu importanti ta' regim demokratiku li jkollu stampa li hi serja u ppreparata biextinvestiga b'serjeta' l-operat ta' kwalunkwe persuna li tkun fdata b'xi oneru pubbliku u fejn jidhol l-infieq ta' fondi pubblici. Kif sostniet il-Qorti tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem fil-kaz“The Sunday Times vs The K.K.” tas-26 t'April tal-1979, l-istampa, fl-ambitu ta' l-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali tal-Bniedem “ . plays its vital role of public watchdog and to impact information and ideas on matters of public interest”. Di piu', ghandu jkun pacifiku li gurnalist serju jew stampa serja, kemm -il darba ssostni li stharrget jew investigat sitwazzjoni li ddivulgat, ghandha verament tkun effettivament stharrget u nvestigat hi stess il-fatti li tirraporta u li tiddivulga lill-pubbliku.

Minn naha l-ohra, jekk bil-maqlub, minhabba xi raguni jew ohra, bhal per ezempju l-ghamad politiku, dawn ikunu mohhom biss biex jiddivulgaw dawk l-istqarrijiet li jinghataw minghajr verifika serja u oggettiva, l-aqwa li jhammgu lill-avversarji politici -allura l-protezzjoni guridika li wiehed jista' jinvoka ma jista' qatt isibha biex tissufragah.

Jirrizulta fil-kaz odjern li effettivament il-konvenut, ghalkemm fl-artikolu in dizamina jaffermaghal diversi drabi li effettwa l-istharrig li fuqu bbaza l-artikolu tieghu, fil-fatt fl-atti, jirrizulta li ma kien xejn minn dan u kien biss ibbazat fuq informazzjoni li kunsillier avversarju ghall-attur ghadda lill-editur konvenut biex jisserva bih biex jilhaq l-ghanijiet mohbija tieghu.

L-Ewwel Qorti hi sodisfatta li la l-artikolu anonimu in dizamina hu bbazat fuq fatti li ma jirrizultawx senjatament l-istharrig allegat mill-editur konvenut u tbazwir finanzjarju, allura b'dan l-artikolu, l-istampa giet sottilment manipolata biex tissodisfa l-ghanijiet illeciti tal-konvenut billi tesponi minghajr ebda bazi, lill-attur ghal malafama billi attribwiet fatti lilu li ma gewx verifikatif'dawn l-atti stante li ma jirrizultax li l-attur Joseph Ciantar immanipola l-finanzi tal-Kunsill minnu mmexxi kif allegat. Ghaldaqstant l-Ewwel Qorti tikkundanna lill-konvenut Victor Camilleri biexihallas lill-attur Joseph Ciantar l-ammont ta' LM300.00,0, bl-ispejjez kontra l-konvenut.

Il-kontestazzjoni tal-konvenut fir-rigward ta' din is-sentenza tikkonsisti fil-fatt illi l-artikolistajiddikjara illi l-fatti minnu esposti huma r-rizultat “minn informazzjoni li kiseb” u “mill-istharrig li ghamel”. Anke f'din is-sede, l-appellanti jkompli jinsisti illi ghal dawk li huma l-fatti, “l-editur strah fuq dak li qalulu kunsilliera ta' l-istess Kunsill Lokali u fuq il-kontenut tar-rapportta' l-IAID”.

Il-Qorti ta l-Appell zammet prezenti illi meta nkiteb l-artikolu, il-konvenutma setax ikun li huwa bbaza dawk il-fatti fuq ir-rapport ta' l-IAID, gjaladarba dan ma kienx ghadu finalizzat.F'dak l-istadju ma kienetx ghadha saret ricerka serja tal-fatti ppubblikati.

Il-Qorti ta l-Appell hi konxja illi l-kumment jew il-kritika ta' l-operat ta' persuni pubblici hi dejjembzonnjuza f'socjeta` demokratika. Mill-banda l-ohra, meta dik it-tutela timplika, bla ebda gusitifikazzjoni, gudizzju ta' dizvalur fuq ir-reputazzjoni tal-persuna kkritikata, dik l-istess kritika matistax ma tkunx, ghal dik li hi l-legittimita ta' l-ezercizzju taghha, kondizzjonata ghall-osservanza ta' certi limiti gusti.

Ghaldaqstant l-appell qed jigi michud u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez kontra l-konvenut appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info