Reference: 1/2008

Judgement Details


Date
25/09/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
SPITERI VICTOR vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
PARTIAL SENTENCE

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 1 TAL-EWWEL PROTOKOL TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 14 TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 3 TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM - ARTIKOLU 6 TAL-KONVENZJONI TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TAL-BNIEDEM
Summary
B 'din l-azzjoni r-rikorrent irid li l-Qorti ssib li n-nuqqas ta' hrug ta' licenza min-naha tal-Awtorita' intimata wasslu biex garrab ksur tal-jeddijiet fundamentali tieghu taht l-Artikoli 3, 6, 14 u1 tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni. Huwa jqis li dan in-nuqqas hu marbut ma' regolament li jimponi li l-applikant ma jkunx qabez il-wiehed u sittin sena.

Ghal dak li jirrigwarda t-talba tal-intimati biex il-Qorti tqis jekk ghandhiex tinqeda bid-diskrezzjoni li ma twettaqx is-setghat “kostituzzjonali” taghha din il-Qorti hija tal-fehma li m'ghandhiex tilqa' dik l-istedina.

Ghaldak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni, ir-rikorrent jghid li l-fatt li, bil-mod hesrem u forzat li bih il-licenza tieghu ma ggedditx, l-intimati qeghduh f'sitwazzjoni umiljanti.Il-Qorti tqis li ma jistax jinghad li l-fatt tan-nuqqas ta' tigdid ta' licenza favur ir-rikorrent jista' jitqies bhala ghamil li jikser l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni.

Ir-rikorrent jargumenta li l-kwestjoni taz-zamma jew ic-cahda tal-licenza tieghu bhala shore foreman hija wahda li taqa' sewwa taht it-tifsira ta' “decizjoni tad-drittijiet civili u ta' l-obbligi” kif mahsuba fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni. Pero il-Qorti ma ssibx li r-rikorrent garrab ksur tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni.

Ghal dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-ewwel Artikolu tal-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni r-rikorrent iqis li n-nuqqas ta' tigdid tal-licenza tieghu tissarraf f'cahda mill-possedimenti tieghu. It-tnehhija tal-licenza tista' titqies bhala tehid shih tal-possediment li r-rikorrent kien igawdi ghall-finijiet tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll, u ghaldaqstant, il-Qorti ssib li r-rikorrent garrab ksur tal-jedd tieghu taht dan l-Artikolu.

Ghal dak li jirrigwarda l-allegat ksur tal-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni r-rikorrent iqis li bir-Regolament6 tal-Avviz Legali, qieghda ssir diskriminazzjoni bejn persuna self employed li tkun shore foreman ukull self employed iehor. Filwaqt li, fis-sistema legali taghna persuna self employed tista' tibqa' tahdem sakemm taghtiha sahhitha, fil-ligi specjali li tolqot il-licenza tieghu, dik il-ligi arbitrarjament holqot limitu ta' eta' anqas. Fil-kaz tal-lum, ir-regolament li, bis-sahha tieghu, il-licenza tar-rikorrent ma ggeddidtx, jghodd ghal kull min ghalaq jew se' jaghlaq il-61 sena. Minhabba lir-regolament ma jaghmilx distinzjoni u minhabba li ntwera li t-thaddim tieghu s'issa laqat lil kulhadd l-istess, il-Qorti ma ssibx li r-rikorrent jista' jghid li gie diskriminat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info