Reference: 33/2007

Judgement Details


Date
18/09/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BUSUTTIL MARY ANNE vs CASSAR TABIB JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
EMFITEWSI
Summary
F'Lulju tal-1979, il-Parlament Malti ghadda ligi li dahhlet bidliet fl-Ordinanza tal-1959 li Tnehhil-Kontroll tad-Djar . Fost il-bidliet, kien hemm dispozizzjonijiet li jolqtu djar ta' abitazzjonimoghtijin b'titolu ta' cens li jaghlaq, fejn l-enfitweta jkun cittadin ta' Malta u jkun joqghod f'dar bhal dik bhala r-residenza ordinarja tieghu. Il-post tar-rikorrenti kien wiehed li ghalih kienu jghoddu l-imsemmija bidliet fil-ligi.

F' dan il-kaz, qabel ghalaq iz-zmien miftiehem tal-koncessjoni enfitewtika, r-rikorrenti talbet lill-intimati biex jersqu ghall-pubblikazzjoni ta' kuntratt nutarili li bih jibdlu z-zmien ta' cens ghal wiehed li ma jaghlaqx. Minhabba li l-intimati baqghuma tawx widen, ir-rikorrenti fethet il-kawza. Din il-Qorti tifhem li l-kwestjoni tirrigwarda l-kostituzzjonalita' tal-applikazzjoni ta' ligi ghall-kaz konkret, u mhux daqstant is-siwi tal-ligi nfisha.

Din il-Qorti ntalbet tistharreg il-kwestjoni kostituzzjonali dwar jekk id-dispozizzjonijiettal-Artikoli 12(4) u 12(5) tal-Kapitolu 158 tal-Ligijiet ta' Malta jiksrux il-jeddijiet fundamentali tal-istess intimati Cassar kif imharsin fl-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika ta' Maltau kif ukoll l-Artikolu 1 tal-Ewwel Protokoll tal-Ewwel Skeda tal-Kapitolu 319 tal-Ligijiet ta' Malta.

Hija l-fehma ta' din il-Qorti li qari xieraq tad-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 12(4) tal-Kapitolu 158 juri li l-jedd moghti biex enfitewsi temporanja tinbidel f'wahda perpetwa huwa jedd ezercitabbli biss kontra s-sid dirett, u li b'rieda espressa tal-ligi nnifisha, b'dik il-frazi wiehed jifhem biss il-persuna li jkollha jedd tircievi c-cens originali . Ma ntweriex li l-intimati Cassar jaqghu f'din il-kategorija.

Din il-Qorti ma tarax kif l-intimati Cassar jistghu b'xi mod jintlaqtu hazin fit-tgawdija ta' xi jeddijiet fundamentali taghhom jekk kemm-il darba u safejn it-talbiettar-rikorrenti jistriehu biss fuq id-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 12 tal-Kapitolu 158 tal-Ligijiet ta' Malta.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info