Referenza: 20/2003/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/09/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
DEBONO THERESA ET (APPELLAT) vs CAMILLERI SALVU (APPELLANT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; ZGUMBRAMENT MINN GHALQA
Fil-Qosor
Kawza li tittratta talba ghall-zgumbrament minn art li l-atturi jsostnu li l-konvenut qieghed jokkupa minghajr titolu.

Rat l-avviz tat-talba li permezz tieghu l-atturi talbu li l-konvenut jigikkundannat jizgombra mir-raba' limiti tal-Qala, Ghawdex li kienet inghatat b'lokazzjoni permezz ta'kuntratt fl-atti tan-nutar Michael Refalo mill-awtur tal-atturi, il-mejjet Vincent Debono. Skond l-istess kuntratt, dina l-lokazzjoni skadiet izda l-konvenut qed jirrifjuta illi jitlaq il-pussess ta'l-istess ghalqa minkejja illi gie ripetutament interpellat.

L-Ewwel Qorti laqghet it-talba ta' l-atturi u ghal finijiet ta' zgumbrament tal-konvenut iffissat terminu ta' xahrejn mid-decizjoni ta' din il-kawza.

L-appell propost mill-konvenut huwa dirett kemm ghar-revoka tas-sentenza libiha l-Ewwel Qorti cahditlu l-eccezzjoni ta' l-inkompetenza kif ukoll ghas-sentenza li permezz taghha dik il-Qorti laqghet it-talba attrici ghall-izgumbrament tieghu mir-raba'.

Il-Qrati taghna, ghall-iskop li jistabilixxu n-natura tal-kirja, minn dejjem taw importanza lil dawk ic-cirkostanzi li kienu jimmanifestaw il-vera natura tal-kuntratt u dan biex jassikuraw jekk il-kirja tar-raba' kienetx wahda li tirrientra fil-kompetenza taghhom u allura regolata mid-disposizzjonijiet tal-ligi komuni jew kellhiex, anke fuq l-interpretazzjoni minnhom tal-ligi specjali, tircievi l-protezzjoni taht din l-ahhar ligi b'mod li kienet allura tesorbita minn dik il-gurisdizzjoni taghhom.

Dinil-Qorti ta' l-Appell hi tal-fehma illi, ankorke l-Ewwel Qorti ma ddegretatx dak ir-rikors ghan-nomina ta' persuna teknika kwalifikata, id-decizjoni taghha fuq il-punt tal-kompetenza ma tikkwalifikaxghan-nullita pretiza mill-appellanti ta' din l-istess decizjoni u ta' dak kollu li sar konsegwenti ghalih. Dan la fil-konsiderazzjonijiet u lanqas fil-konkluzjoni taghha.

Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tiddeciedi li l-appell interpost jigi michud u s-sentenzi appellati ta' l-EwwelQorti, ikkonfermati, bl-ispejjez ta' din l-istanza a karigu tal-konvenut appellanti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni