Referenza: 433/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/07/2008
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
DE GAETANO VINCENT
Partijiet
IL-PULIZIJA vs CACHIA GILMORE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
VETTURA; MINI MOTO
Fil-Qosor
Ir-regolamenti maghmula taht il-Kap. 65 ( kif ukoll taht il-Kap. 104) ma jistghux jidderogaw minn dak li tipprovdi l-ligi principali. Ghalkemm jista' jaghti l-kaz li l-vettura in kwistjoni ma kinitx registabbli mal-Awtorita' dwar it-Transport ghall-finijiet tal- A.L. 476/2004 u setghet kienet anke tikkwalifika bhala 'low powered cycle' ghall-finijiet tal-A.L. 129/2004, jibqa' l-fatt li ghall- finijiet tal-Kap. 65 din kienet 'motor car' li skont l-Artikolu 15 (1) (a), ma setghetx tinstaq (ovvjament fi triq pubblika) minghajr licenzja tas-sewqan u minghajr ma tkun licenzjata.

Ghall-finijiet tal-Kap. 65 'motor car' tfisser 'vettura mmexxija b'forza mekkanika' (ara l-Artikolu 2), u certament il-vettura - tissejjahx 'mini moto' jew xi haga ohra huwa rrilevanti - tinkwadra f'tali definizzjoni. L-istess jista' jinghad ghal dak li jirrigwarda l-Kap 104. Skont l-Artikolu 2 tal-Kap. 104, 'vettura bil-mutur' tfisser ' kull vettura mahsuba biex tivjagga fuq l-art u li tkun immexxija b'forza mekkanika, imma li ma timxix fuq il-binari, u kull trailer, kemm akkopjat, kemm mhux'.

Imbaghad, skont l-artikolu 3 (1) tal-imsemmija ordinanza, hadd ma jista' juza vettura bil-mutur fit-toroq kemm il-darba ma jkunx hemm id-debita kopertura tal-assigurazzjoni fir-rigward ta' dik il-vetturau ta' min isuqha.

Ma hemmx dubju, ghalhekk, li bl-uzu fi triq pubblika tal-'mini moto' hawnaktar 'fuq imsemmija, kif gara f'dan il-kaz, kien hemm ksur kemm tal-Kap 65 kif ukoll tal-Kap 104.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni