Referenza: 54/2007

Dettalji tas-Sentenza


Data
23/07/2008
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
IL-PULIZIJA (SPETTUR DAVID SALIBA) vs AQUILINA JOHN ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM - DISKRIMINAZZJONI; ARTIKOLU 45 TAL-KOSTITUZZJONI U ARTIKOLU 14 TAL-KONVENZJONI
Fil-Qosor
Fil-kaz li ghandna quddiemna, jidher li l-imputati Aquilina qeghdin iqanqlu l-ilment tad-diskriminazzjoni fuq zewg livelli: (a) fl-ewwel lok, ghaliex il-proceduri kriminali mibdijin kontrihom thallewfis-sehh filwaqt li dawk mibdijin kontra haddiehor twaqqfu; u (b) fit-tieni lok, jimplikaw li l-proceduri l-ohrajn twaqqfu ghaliex ittiehed qies ta' min kienu l-imputati, jigifieri ufficjli gholja fit-tmexxija tal-Qrati tal-Gustizzja.

Sabiex jigi mistharreg l-ilment taht l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni, l-Qorti jidhrilha xieraq li jinghad li llum il-gurnata huwa stabilit sewwa li biex jitqies li jkun inghata trattament diskriminatorju kontra persuna jehtieg jirrizulta li (a) jkun inghata lil persuna trattament differenti minn dak moghti lil persuna jew ghadd ta' persuni ohrajn (b) lijkunu fl-istess qaghda jew wahda li tixbahha, (c) liema trattament differenti ma jkunx oggettivament jew ragonevolment misthoqq jew (d) jekk f'dak it-trattament tkun nieqsa l-proporzjonalita' bejn l-ghan mixtieq u l-mezz uzat. Il-Qorti tasal ghall-fehma li l-imputati ma garrbu l-ebda ksur tal-jeddtaghhom li ma ssirx diskriminazzjoni kontra taghhom kif imhares taht il-Kostituzzjonil.

Kif inghad b'mod meqjus u migbur mill-Qrati taghna f'dan ir-rigward: “biex tara jekk kienx hemm diskriminazzjoni bi ksur ta' dak li jrid l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, il-Qorti trid tara jekk (1) kienx hemm differenza fil-mod kif persuni differenti thallew igawdu l-jeddijiet imharsa taht il-Konvenzjoni, (2) din id-differenza fit-trattament kinitx bejn persuni li s-sitwazzjoni taghhom kienet tixxiebah, (3) din id-differenza kinitx bil-hsieb li jintlahaq ghan legittimu; u (4) kienx hemm proporzjonalita' bejn id-differenza fit-trattament u l-ghan li ried jintlahaq permezz ta' dik id-differenza, jew kienx mehtieg li jkun hemm dik id-differenza biex jintlahaq dak il-ghan. Huwa importanti, ghalhekk, li l-paragun isir bejn persuni li huma 'placed in analogous situations'.

Il-Qorti jidhrilha li d-differenza fit-trattament bejn l-akkuzati f'din il-kawza u dawk fil-kawza li twaqqfet ma naqqset l-ebda tgawdija tal-jeddijiet fundamentali tal-akkuzati Aquilina f'din il-kawza f'dak li jirrigwarda l-jedd ta' smigh xieraq taht il-frieghi u aspetti kollha tieghu. Il-kaz kontra Aquilina u dakkontra Galea u Sant ma kellhom xejn x'jaqsmu ma' xulxin. Kienu jirrigwardaw reati u postijiet ghalkollox differenti.

Huwa principju accettat li, f'kazi ta' allegata diskriminazzjoni, jaqa'fuq il-persuna li tallega l-piz li jipprova kemm l-ezistenza ta' “tikketta” li minhabba fiha nghatatrattament differenti, u kif ukoll li kienet tassew tali “tikketta” li nisslet dak it-trattament differenti. Fid-dawl ta' dawn ic-cirkostanzi, l-Qorti ma ssibx li sehhet diskriminazzjoni lanqas f'danir-rigward bi hsara tal-imputati Aquilina.

Ghaldaqstant, il-Qorti twiegeb ghall-kwestjoni riferita lilha mill-Qorti tal-Magistrati bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali bid-degriet taghha tal-24 ta' Ottubru, 2007, billi tghid li ma jirrizultalhiex li l-imputati Aquilina garrbu tassew ksur tal-jedd fundamentali taghhom li ma jkunux diskriminati u dan kemm taht l-Artikolu 45 tal-Kostituzzjoni u kif ukoll taht l-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni, abbinat ma' xi jedd fundamentali konvenzjonali iehor.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni