Reference: 1/2005/2

Judgement Details


Date
09/07/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CAUCHI ANTHONY U GORGINA ET (APPELLANT) vs SPITERI JOSEPH U MARIA GENESIA (APPELLAT)
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; HLAS TA SENSERIJA
Summary
L-atturi talbu li l-Qorti tiddikjara li huma wettqu xoghol ta' sensara fl-okkazzjoni tal-akkwist, uwkoll fl-okkazzjoni ta' bejgh ta' porzjon raba' u talbu li l-konvenuti jigu kkundannati jhallsu lill-atturi s-somma ta' Lm2,100 bhala tali kumpens bl-imghax mid-data tan-notifika ta' l-avviz.Minn nahataghhom, iI-konvenuti eccepew li:-

1. M'humiex il-legittimi kontraditturi f'din il-kawza peress li qatt ma xtraw ir-raba' msemmija fl-avviz.
2. Fi kwalunkwe kaz l-ammont pretiz huwa ezagerat.
3. L-atturi diga' thallsu kull ammont ta' senserija dovuta lilhom.

L-atturi jsostnu lil-prezz tar-raba' fuq il-konvenju kien ta' Lm100,000 u qeghdin jippretendu hlas ta' 1% bhala senserija, filwaqt li jsostnu li c-cessjoni saret ghall-prezz ta' Lm110,000 u qeghdin jitolbu 1% tal-prezzfuq dan it-tieni negozju. Ghalhekk b'kollox Lm2,200. Mill-provi li tressqu l-Qorti m'hijiex konvintali sehh xi ftehim bejn l-atturi u l-konvenut dwar dan it-tieni negozju, fis-sens li huwa obbliga ruhu li jhallas senserija talli nstabet persuna li kienet lesta takkwista d-drittijiet fuq il-konvenjufir-rigward tal-porzjon raba'.

In-negozju fil-kaz odjern jirrizulta li ntemm bil-pubblikazzjoni ta' kuntratt ta' bejgh, ghalkemm favur terza persuna. Madankollu mill-provi rrizulta li l-atturikienu hadu sehem attiv meta gie ffirmat il-konvenju ghall-bejgh tad-dar u r-raba' u kienu huma wkoll li sabu l-persuna li eventwalment akkwistat id-drittijiet tal-konvenju rigward ir-raba'.

Skond l-Artikolu 1363 il-bejgh ta' immobbli huwa null jekk ma jsirx b'att pubbliku u s-senserija hijadovuta fuq bejgh. Fis-sentenza bl-ismijiet Bernardo Attard vs Alfredo Tonna et deciza mill-Qorti ta'l-Appell fit-30 ta' Gunju 1947), l-Qorti ta' l-Appell osservat li “la darba ma jkunx hemm il-vendita, is-sensal ma jista' qatt, taht il-ligi taghna, u in forza ta' dik id-disposizzjoni, jitlob senserija in forza ta' dak l-Art. 1076 (Art. 1362) precizament ghaliex ikun jonqos element sostanzjali, ucjoe' l-vendita ta' beni immobili skond il-ligi”.

F' dan il-kaz jirrizulta li l-bejgh effettivament sar, ghalkemm favur terzi persuni.Fic-cirkostanzi l-Qorti ma tarax li huwa gust li l-atturijigu mcahhda mis-senserija in kwantu din tirreferi ghall-porzjon art. Ghalhekk l-Ewwel Qorti qiesetil-hlas ta' Lm1,000 wiehed gustifikat bhala senserija fuq il-prezz ta' Lm100,000. Dwar ic-cessjonital-konvenju favur Emanuel Attard, il-Qorti qieset li dan m'ghandux ikun kaz ta' senserija izda semmai hlas ta' kumpens talli l-atturi rnexxielhom isibu persuna li lilha gie cedut il-konvenju fuq ir-raba'. F'dan ir-rigward l-Ewwel Qorti kienet tal-fehma li hlas ta' Lm100 hija gusta.

Bl-appell taghhom minn din is-sentenza l-konvenuti insistew li huma ma humiex il-legittimi kontraditturi ghaliex ma kellhom l-ebda konnessjoni, fil-kwalita personali taghhom, ma' l-atturi u qatt ma ndahlu f'din il-kwalita mal-venditur fl-akkwist u x-xiri tar-raba'. Dan anke jekk huma ma jikkontestawx il-fatt li hemm xi hlas ta' senserija dovuta. L-argoment centrali ta' l-appellanti hu dak li l-azzjoni kif proposta fil-konfront taghhom hi difettuza ghal motiv li huma ma humiex il-legittimi kontraditturi.

Pero' il-Qorti ta' l-Appell ikkonkludiet billi rrispengiet l-appell u s-sentenza appellata in kwantu ghall-aggravju limitat tal-legittimu kontraddittur ikkonfermata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info