Reference: 247/1995/1

Judgement Details


Date
19/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
AQUILINA FRANCIS XAVIER vs MAMO ANDREW NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
IMGHAX, IN LIQUIDANDIS NON FIT MORA - IMGHAX, POSSIBILITA` LI JIDDEKORRI FUQ AMMONT MHUX LIKWIDAT - RES JUDICATA, PRINCIPJU TA`
Summary
Hu principju bazilari li una volta l-mertu ikun gie deciz mill-Qorti jghaddi in gudikat bl-ebda xorta ta' kontestazzjoni ma kienet permessa hlief dik straordinarja ta' ritrattazzjoni, u dana taht id-dritt ordinarju.

Huwa principju generali li l-imghaxijiet ma humiex dovuti mill-gurnata tat-talba meta d-debitu jkun incert u illikwidu, izda mill-jum tal-likwidazzjoni u ta' l-approvazzjoni taghha. Dan il-principju huwa konsegwenza naturali tal-fatt li qabel dik il-likwidazzjoni u approvazzjoni d-debitur ma jistax jinghad li jkun kostitwit in mora - in liquidandis non fit mora. Ammont likwidu jew ammont illikwidu huma espressjonijiet ekwivalenti ghal ammont determinat jew ammont indeterminat u dawn huma dejjem riferibbli ghall-pretensjonijit avvanzata fit-talba ta' l-attur. Huwa l-atturli jiffissa t-termini tal-pretensjoni tieghu u huwa jaghzel jekk jitlobx ammont minnu determinat jew jitlob ammont indeterminat li ghandu jigi determinat mill-Qorti.

Il-Qorti semmiet il-possibilita' li dan il-principju jkun temperat fejn tkun ovvja l-assunzjoni ta' responsabilita' ghall-hlastad-danni u fejn allura n-nuqqas ta' likwidita' tkun tirreferi ghal ammont pretiz, u mhux ghall-accettazzjoni tar-responsabilita' ghall-hlas tieghu. Fejn imbaghad l-ammont effettivament likwidat ikunjirrizulta li hu sostanzjalment l-istess bhal dak pretiz mill-kreditur, il-Qorti setghet tqis li kienu jokkorru cirkostanzi fejn kellha tassigura li d-debitur ma jigix avvantaggjat semplicement mir-riluttanza tieghu li jhallas bl-iskuza li l-ammont ma kienx determinat gudizzjarjament, billi jiffranka l-hlas ta' l-imghax sakemm l-ammont jigi definittivament likwidat.

Madanakollu, il-Qorti ma ppronuncjatx ruhha fuq dan il-punt peress illi din kienet kwistjoni ta` res judicata.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info