Reference: 118/2005/1

Judgement Details


Date
20/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
P CUTAJAR & CO LTD vs SANT JESMOND PRO ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Is-socjeta attrici pprezentat avviz fir-Registru ta' din il-Qorti fejn talbet lill-Qorti tal-Magistrati tikkundanna lill-konvenut ihallasha is-somma ta' LM1,788.48 rapprezentanti bilanc ta' prezz ta'merkanzija lilu mibjugha u konsenjata mis-socjeta attrici fuq inkarigu tieghu.

Da parti tieghu, il-konvenut eccepixxa illi preliminarjament, it-talbiet attrici hekk kif diretti kontra l-eccipjent Jesmond Sant innifsu huma infondati stante li d-dejn allegat mis-socjeta attrici semmai huwa dejn tal-komunjoni ta' l-akkwisti u ghaldaqstant ikun opportun jekk tigi kjamata il-mara tal-istess ecipjent u cioe Rita Sant.

Is-socjeta attrici ppruvat permezz tad-dokumenti esebiti lli l-konvenut kellu relazzjoni kummercjali mas-socjeta attrici fis-sens illi kien jixtri merkanzija minghandhau dan fuq fazi ta' credit. Jirrizulta li fil-fatt l-istess konvenut ma hallasx id-debitu dovut minnu fl-ammont indikat fl-avviz u dan minghajr ebda raguni valida.

Il-Qorti tal-Magistrati laqghet it-talbiet tas-socjeta attrici u kkundannat lill-konvenuti jhallsu in solidum lis-socjeta attrici s-somma LM1,788.48 bl-imghax skond il-ligi.

Il-kjamata in kawza appellat minn din is-sentenza bl-ilment li hi ma kellhiex tigi kkundannata in solidum mal-konvenut la ma kienetx hi li kkuntrattat mas-socjeta` attrici izda kien il-konvenut zewgha, minnu mifruda. Agguntivament, l-Ewwel Qortikien messha akkordatilha l-opportunita` li tressaq ix-xhieda taghha ghal-liema fini hi talbet s-sospensjoni tal-prolazzjoni tas-sentenza.

Hu prezunt minn disposizzjonijiet varji fil-Kodici ta'Organizzazzjoni u Procedura Civili, illi hu dover ta' kull tribunal aggudikanti illi jassigura li l-kondotta tal-proceduri quddiemu ssir b'mod li jkun rispettat il-principju tas-smigh xieraq. Dan fis-sens li lil kull wiehed mill-kontendenti tinghata l-possibilita` li tressaq il-provi taghha u li taghmel l-assunti taghha b'difiza ghad-dritt azzjonat jew ghall-eccezzjonijiet opposti. Ukoll fejn certi ligijiet ikunu jipprovdu ghar-regolamentazzjoni tal-proceduri skond kif it-tribunal ikun jidhirlu opportun jew ghat-trattazzjoni sommarja tal-kawza. Il-principju jibqa' dejjem wiehed inderogabbliu ma jistax la jigi injorat u wisq anqas jitwarrab, hlief, s'intendi, f'dawk il-kazijiet fejn ikunmanifestament ovvju n-non-kollaborazzjoni jew l-inkurja tal-parti. Ghax allura f'kaz bhal dan japplika l-principju l-iehor qui culpa sua damnum sentit non videtur damnum sentire.

Din il-Qorti ta'l-Appell tifhem u tapprezza illi l-qrati inferjuri huma affollati b'volum qawwi ta' kazijiet imma meta bhal f'dan il-kaz, tkun tal-fehma illi xi parti tkun sofriet privazzjoni mhux b'ghemil volontarju taghha, u jkun jidhrilha li fil-gudizzju tikkonfigura ipotesi ta' mankanza ta' smigh adegwat,hu l-kaz li s-sitwazzjoni tigi rettifikata bir-rimedju opportun.

Ghaldaqstant din il-Qorti tikkonferma s-sentenza appellata di fronte ghal konvenut li ma appellax minn din is-sentenza, tilqa' l-appell lilha devolut mill-kjamata in kawza billi thassar u tirrevoka l-istess decizjoni fil-konfront taghha. Tirrimetti l-atti lura lill-Ewwel Qorti biex fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet suesposti l-appellanti tinghata l-opportunita` li tressaq il-provi u s-sottomissjonijiet taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info