Reference: 2259/2000/1

Judgement Details


Date
19/11/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
TANTI PAUL PRO ET NOE ET vs MIFSUD SAMMY ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DIGRIET, LI JICHAD IL-HRUG TA` KONTRO-MANDAT JISTA` BISS JIGI ATTAKKAT B`CITAZZJONI - DIGRIET, LI JILQA` L-HRUG TA` KONTRO-MANDAT HUWA FINALI U RREVOKABBLI - DIGRIET, MA HEMMX APPELL MINN DIGRIET LI JICHAD IL-HRUG TA` KONTRO-MANDAT - DIGRIET, TLIET TIPI TA`
Summary
Hija gurisprudenza tal-Qrati taghna illi hemm tlett xorta ta' digrieti, cioe' dawk definittivi, dawkinterlokutorji u dawk li la huma definittivi u lanqas interlokutorji. Ghall-ewwel u t-tieni kategorija ta' digrieti hemm appell, ghat-tielet kategorija, appell dirett quddiem il-Qorti ma hemmx. U min irid jimpunjah la m'huwiex digriet interlokutorju jew definitiv ma jistax jimpunjah permezz ta' appell dirett izda biss permezz ta' citazzjoni in kontradittorju tal-kontroparti fil-Qorti li tkun emanat id-digriet. U mis-sentenza li tinghata fuq dik ic-citazzjoni jista' jkun hemm anke appell.

Il-Qorti Kostituzzjonali rribadiet illi digrieti dwar mandati kawtelatorji bhalma huma dak ta'inibizzjoni u mandat ta' sekwestru, ma setghux jitqiesu definitivi ghax ma hemmx il-kontroversja bejn il-partijiet u lanqas ir-rabta lill-Gudikant, lanqas ma jista' jigi kunsidrat bhala interlokutorju. Lanqas ma huwa parti incidentali tal-gudizzju izda jifforma biss parti mill-atti tal-mandat relattiv. Id-digriet huwa revokabbli biss mill-istess Qorti li taghtu fuq talba b'citazzjoni ta' l-interessat meta fil-gudizzju diskrezzjonali taghha, l-Qorti tara raguni tajba biex tiggustifika r-revoka,salv lill-qorti fi grad ta' appell is-setgha li tirrevoka s-sentenza relattiva fil-kaz ta' vjolazzjoni tal-ligi jew errur manifest u dannu rriparabbli jew raguni ohra tajba skond il-ligi.

Digriet li jichad il-hrug ta` kontro-mandat certament ma setax jitqies li kien digriet kamerali intiz biex ihares ir-regoli procedurali jew biex ahjar jirregola l-andament tal-proceduri. Lanqas jista' jitqies li kien digriet interlokutorju ghax dawn huma definiti bhala "i provvedimenti riguardanti l'istruzione della causa nella procedura, che soglionio chiamarsi "preparatorie" e quelle che regolanoo determinano le prove relative al merito sotto giudizio, e che chiamarsi "ordinatorie".

Certament dan it-tip ta` digriet ma jaqax fil-parametri tal-Artikolu 229 tal-Kap. 12. B'hekk wiehed iridihares lejn l-Artikolu 836 tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta. Fil-kaz ta` digrieti li jiqlghu it-talba ghall-hrug ta` kontro-mandat, is-subinciz (5) tal-Artikolu 836 jipprovdi li dan it-tip ta` digriet huwa finali u rrevokabbli u ma jistghax jintalab il-hrug ta` mandat kawtelatorju bhal dak li jkun gie revokat hlief meta jinqalghu cirkostanzi godda. Il-Ligi hija pero` siekta fir-rigward ta` digrieti li jichdu t-talba ghall-hrug ta` kontro-mandat.

Fin-nuqqas ta` disposizzjoni ad hoc, l-uniku mod biex digriet li jichad il-hrug ta` kontro-mandat jigi attakkat huwa permezz ta` citazzjonili minnha jkun hemm eventwalment appell. Ma hemmx dritt ta` appell immedjat minn tali digriet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info