Reference: 40/2007

Judgement Details


Date
06/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
DEBATTISTA KRISTIAN vs WATER SERVICES CORPORATION
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-appellant kien gie akkuzat talli f'aktar minn okkazjoni wahda abbuza mid-drittijiet tieghu bhala Technician ICT billi accessja files tal-kompjuter kunfidenzjali u li fic-cirkostanzi ma kellux drittghalihom, ghamel kopji ta' l-imsemmija files u ghadda informazzjoni hemm kontenuta lil terzi persuni.

L-appellant appella u l-Bord ta' l-Appell sab li "mghandu ebda dubju li l-ufficjal akkuzatikkopja files kunfidenzjali anki b'mod mhux mehtieg ghall-backup.". Il-Bord ikkonferma is-sentenza tal-Bord tad-Dixxiplina dwar din l-akkuza u zied li "Dan ikompli johrog mill-ammissjoni ta' l-akkuzatappellant stess illi huwa kkopja l-kompjuter kollu mhux il-pst file biss, u ikkupjah mhux fuq is-server biss imma fuq CDs ukoll". Il-Bord ta' l-Appell sab li l-appellant ghandu jigi liberat mill-akkuza li ghadda l-materjal ikkupjajt lil terzi persuni.

It-Tribunal Industrijali nnota li l-Bordta' l-Appell kien irrikomanda illi, "...... stante li l-appellant iddekada mill-fiducja massima lil-kariga tieghu tippresupponi, il-Korporazzjoni tkun gustifikata li tnehhieh minn tali kariga". Izdahalliet fid-diskrezzjoni tal-Korporazzjoni ghandiex tibqa' tuza s-servizzi tieghu, prezumibbli fil-kariga li kien jokkupa qabel dik ta' ICT Technician. Mhux il-kompitu tat-Tribunal li jiggudika x'seta' ghamel il-Bord ta' Diretturi izda li jiddeciedi jekk kienx hemm gustifikazzjoni ghat-terminazzjoni ta' l-impieg.

Wara li qies ic-cirkostanzi kollha tal-kaz, it-Tribunal Industrijali sab li l-appellant kiser il-kunfidenzjalita meta ghamel kopji ta' files restritti u b'dan l-agir holoq il-possibbilta li xi hadd jghaddi informazzjoni sensittiva lil terzi persuni barra l-Korporazzjoni. Dan kien nuqqas serju hafna minn impjegat fdat b'access ghal hafna informazzjoni kunfidenzjali. Ghalhekkit-Tribunal iddecieda li l-Korporazzjoni kellha raguni tajba u sufficienti biex tittermina l-impiegta' l-appellant.

Ir-rikorrenti ssottometta appell lil din il-Qorti ta'l-Appell ghax jghid lihassu aggravat b'din is-sentenza. Pero' din il-Qorti ta'l-Appell irrispingiet u kkonfermat s-sentenza appellata bl-ispejjez a karigu ta' l-appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info