Reference: 9/2007

Judgement Details


Date
06/06/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA FRANCIS vs DIRETTUR TAS-SIGURTA SOCJALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; MINN DECIZJONI TA ARBITRU
Summary
Permezz tad-decizjoni tieghu, l-Arbitru laqa' l-appell devolut lilu mill-kontribwent ghall-AllowanceSupplimentari u b'hekk issostitwixxa d-decizjoni tac-cahda mid-Direttur b'dik tieghu.Minn din id-decizjoni f'dak l-istadju ma gie introdott ebda appell izda permezz ta' ittra, id-Direttur talab lill-Arbitru ghar-rikonsiderazzjoni mill-gdid tad-decizjoni u li jirrevoka l-istess.

L-Arbitru ddispona minn din it-talba ghal rikonsiderazzjoni billi ddikjara li d-decizjoni minnu precedentementmehuda kienet riflessa fil-fattezzi tal-kaz partikulari, bil-konsegwenza li hu ddeklina milli jvarjajew ibiddel dik id-decizjoni tieghu.Id-Direttur introduca appell lil dina l-Qorti billi nqeda b'danil-pronunzjament ta' l-ahhar moghti mill-Arbitru.

Skond l-Artikolu 109 tal-Kapitolu 318 appell minn decizjoni ta' l-Arbitru jrid isir lill-Qorti ta' l-Appell “fi zmien tletin jum mill-gurnatameta d-decizjoni ta' l-Arbitru tkun wasslet bil-miktub permezz ta' posta registrata lil min jaghmelit-talba jew lill-beneficjarju jew lid-Direttur, skond il-kaz”.

L-Artikolu 110 ta' l-istessKapitolu 318 jipprovdi li “d-Direttur jew l-Arbitru, wara li jaghti xi decizjoni fuq xi talba jew kwistjoni jista' jirrevedi dik id-decizjoni jekk ikun sodisfatt illi:-
(a)tkun inghatat, billi ma kienx maghruf xi fatt materjali jew illi d-decizjoni kienet bazata fuq zball dwar xi fatt materjali;jew
(b) mid-data tad-decizjoni sar xi tibdil rilevanti tac-cirkustanzi;
u jista' jaghti decizjoni riveduta li tibda ssehh minn dik id-data li jista' jiddeciedi”. Il-fattispeci tal-kaz odjern makienux jiddependu, ghall-valutazzjoni adegwata taghhom, fuq l-ezitu ta' dawk il-proceduri l-ohra.

Meta sentenza tghaddi in gudicato u kwindi meta jew ma tkunx appellata jew ritrattata, jew meta, anki jekk appellata jew ritratta, tigi konfermata u mhux revokata, hija tigi vestita u mlibbsa virtwalment b' karattru assolut ta' veridicita`. Minn dan jitnissel li, darba li l-kawza tispicca irrevokabilment, m'hemmx rimedju legali aktar biex il-kontestazzjoni terga' tigi miftuha, u mhux aktar lecitu li jigi mitlub, negat, jew fl-ahharnett miftuh mill-gdid, dibattitu dwar dak li jkun gie darbaghal dejjem definit. Mhux bizzejjed li jista' jinghad li l-gudizzju seta' kien forsi ingust, fis-sens assolut tal-kelma, sabiex dan il-principju jigi mhassar jew moderat, il-ghaliex la darba l-istesssentenza tkun saret irrevokabbli, hija ma tistax imbaghad titlef qatt aktar il-karattru taghha ta'res judicata.

Ankorke kellu gratia argomenti jigi ritenut illi l-appell kien hekk ukoll prevvedibbli fil-parametri ta' l-Artikolu 110, u allura l-punt ta' partenza tat-terminu ghall-prezentata ta' l-appell kien jibda jiddekorri mid-“decizjoni riveduta” .L-appell odjern ma jistax jitqies ritwalment propost.

Suggeribilment, dak li messu fil-fehma tal-Qorti sar, kellu jkun il-prezentata ta' l-appell mis-sentenza moghtija fit-terminu preskritt, b' rikjesta lil din il-Qorti biex dintissoprassjedi sakemm tkun definita t-talba ta' rikonsiderazzjoni quddiem l-Arbitru. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara ex officio l-appell bhala irritwali u null u bhala tali tirrespingih, bl-ispejjez kontra d-Direttur appellant.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info