Reference: 242/2000/1

Judgement Details


Date
08/01/2001
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH
Parties
MINTOFF DOMINKU PERIT vs BRINCAT JOE DR ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DOVER DECIZORJU TAL-QORTI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, F`LIEMA STADJU TAL-ITER PROCESSWALI TAL-PROCEDURI ORDINARJI GHANDU JITQAJJEM ILMENT KOSTITUZZJONALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, LEGITTIMU KONTRADITTUR - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TAL-GVERN - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RESTRIZZJONIJIET FUQ ID-DRITT TA` APPELL QUDDIEM IL-QORTI KOSTITUZZJONALI
Summary
Appell minn digriet tal-Prim` Awla tal-Qorti Civili fuq punt kostituzzjonali mhux soggett ghar-restrizzjonijiet imposti mill-Artikolu 229(1)(m) tal-Kap. 12 tal-Ligijiet ta` Malta. L-unika restrizzjonifuq id-dritt ta` appell tirrizulta mill-Arikolu 46(5) tal-Kostituzzjoni li tipprovdi "illi ma jkunxhemm appell minn xi decizjoni skond dak l-artikolu li xi talba jew it-tqanqil ta' xi kwistjoni tkunsemplicement frivola jew vessatorja".

Il-Prim'Awla tal-Qorti Civili, li kellha gurisdizzjonioriginali li tisma' kull talba maghmula minn xi persuna li tallega li jedd fondamentali taghha kiengie vjolat jew kien mhedded li jigi vjolat, kienet obbligata bil-Kostituzzjoni li tiddeciedi kull talba ta' din ix-xorta. L-unika cirkostanza fejn il-Prim'Awla setghet tiddeciedi li tirrifjuta li tezercita s-setghat taghha skond dan is-subinciz 2 ta' l-art. 46 kien biss f'dawk il-kazijiet fejn tqis li jkun desiderabbli li hekk taghmel f'kull kaz meta tkun sodisfatta li mezzi xierqa ta' rimedju ghall-ksur allegat huma, jew kienu, disponibbli favur il-parti leza skond xi ligi ohra. Kien biss f'dawn ic-cirkostanzi li l-Prim'Awla setghet ma tismax u ma tiddecidix it-talba maghmula quddiemha. Altrimenti l-Qorti kellha tiddeciedi jekk kienx hemm jew ma kienx hemm lezjoni tal-jedd fondamentali.Dan hu mehtieg propju minhabba n-natura urgenti u mpellenti ta' l-azzjoni.

Lment kostituzzjonali dwar l-operat ta' l-organi gudizzjarji ta' l-istat Malti sollevat waqt kawza civili ma jistaxjigi dirett kontra l-kontro-parti. Il-legittimu kontradittur f`mertu ta` din ix-xorta huwa l-Gvern Malti.

Mhux korrett l-argument li f`kawza ta` libell il-Qorti ghandha tiddeciedi, wara l-gheluq tal-provi tal-attur, jekk jirrizultawx l-estremi tal-libell fuq bazi prima facie qabel ma tisma` l-provi tal-konvenut. Il-procedura korretta hija illi l-iter processwali ordinarju kontemplat fil-Kodici ta` Procedura Civili jigi segwit. Il-konvenut ghandu l-ghazla li jressaq jew li ma jressaqx provi u dan indipendentement mill-fatt jekk l-attur ikunx irnexxielu jipprova l-kaz tieghu. L-iter processwali ghandu jigi segwit proprju ghaliex huwa indikat li jkun ezawrit ir-rimedju ordinarju accessibbli permezz tal-kawza ta' libell u dana biex wiehed seta' jasal biex jikkonstata jekk kienux jissussistu l-elementi tal-vjolazzjoni tal-jedd fondamentali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info