Reference: 49/2005

Judgement Details


Date
04/06/2008
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
FARRUGIA SACCO LINO
Parties
AQUILINA ANTHONY vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
DRITT FUQ PROPRJETA
Summary
Ir-rikorrenti allega ksur tad-drittijiet fundamentali tieghu a bazi li l-Artikolu 5 subinciz 2 u 3 tal-Kap 158 tal-ligijiet ta' Malta:
a. jilledi d-dritt ta' godiment tal-proprjeta kif protett mill-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Protokoll tal-Konvenzjoni Ewropea u l-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni u;
b. huwa diskiminatorju versu r-rikorrent u jilledi d-dritt tieghu kif sancit mill-Artikolu 14 tal-Konvenzjoni Ewropea;
c. imur kontra l-Artikolu 12 tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunita` Ewropea.

Biex japplika l-principju ta' tehid forzuz wiehed irid jara jekk it-tehid jimplikax l-isvestiment ta' persuna minn kull dritt li ghandha fuq il-propjeta` u dan ma japplikax ghall-kaz in ezami. Il-kaz huwa ta‘ privazzjoni ta‘ tgawdija u mhux ta‘ tehid ta‘ proprjeta` u ghaldaqstant ma jaqaxfl-orbita tal-Artikolu 37 tal-Kostituzzjoni.

Matul il-kors tar-rikors u proceduri, fih gie diversi drabi accennat il-fatt li r-rikorrent qieghed jirreka biss ammont zghir komparat ma' dak li jista' jgib kieku l-post kien fil-pussess tieghu. Il-legislatur Malti haseb biex fil-kera li tithallas ikun hemm aggustament sa doppju ta' dak li kien hmistax-il sena qabel skond l-indici tal-hajja uallura m'hemm ebda ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.Ghalhekk anke taht dan l-aspett majidhirx li t-talba tar-rikorrent tista' tigi milqugha.

Ir-rikorrent irid jipprova li hu gietrattat b'mod ingust b'paragun ma' persuni ohra f'sitwazzjoni analoga. Jinghad li s-sidien kollha li krew wara d-data specifika qed jigu trattati ugwalment u ghaldaqstant kulhadd qed ikun trattat bl-istess mod skond il-kategorija tal-kundizzjonijiet u zmien ta' meta saret il-kirja.

Ir-rikorrent zied li skond l-Artikolu 3 ta' l-Att dwar l-Unjoni Ewropea, Kap 460, il-provvedimenti sancitillum huma bla effett u dana ai temini tal-Artikolu 3(2) ta' l-istess Att. Il-Qorti ma taqbilx ma' tali ragunar minhabba li m'hemm ebda diskriminazzjoni kontra r-rikorrenti li huwa cittadin Malti. Il-Gvern mhux qed jaghti trattament specjali lil cittadini Maltin izda qieghed iqis il-fattur ta' l-interess generali u minhabba f'hekk ihoss il-bzonn li jikkontrolla l-uzu tal-proprjeta`, liema dritt jinghata lill-Istat mill-Konvenzjoni Ewropea taht propju l-Ewwel Protocol, l-ewwel Artikolu. Infattiil-Gvernijiet gew moghtija margni kbir ta' apprezzament f'kazijiet ta' kirjiet u kuntratti simili.Ghalhekk ukoll taht dan l-aspett il-Qorti ma tistax tilqa' t-talbiet tar-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info