Reference: 38/2007

Judgement Details


Date
23/05/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
VELLA KENNETH vs SEABANK CATERING CO. LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
L-appellant is-Sur Kenneth Vella beda fl-impieg tieghu mas-Seabank Catering Company Limited f'Settembru 1996 bhala Payroll Clerk. Wara xi zmien hadem fil-kcina bhala kok fuq bazi part-time. Fl-1997/8gie moghti I-inkarigu ta' Personnel Wages Officer u jiehu hsieb ir-rizorsi umani. Fis-sena 1998 giemoghti l-inkarigu ta' Assistant Food and Beverage Operations Manager. Sena wara fl-1999 gie promossghal Food and Beverage Operations Manager fejn kien responsabbli ghal disa' postijiet differenti ta'ikel u xorb. F'Jannar ta' 2003 gie inkarigat jiehu hsieb it-Tunny Net Complex bhala Complex Manager, kariga ta' responsabbilta' totali tal-Kumpless. Fil-25 ta' Frar 2005 gie mkecci mill-impieg tieghu.

It-Tribunal Industrjali qata' u ddecida dan il-kaz billi sab illi t-tkeccija ta' l-appellant mill-impieg tieghu mas-socjeta appellata ma kienetx ghar-raguni gusta u sufficienti.

L-ilmenti tas-socjeta` intimata fl-appell taghha minn din is-sentenza huma principalment tnejn, u cjoe:
(1)It-Tribunal kien zbaljat meta fl-apprezzament tieghu tar-raguni tajba u bizzejjed tat-tkeccija ffoka ruhu fuq l-element tal-“misconduct”. Skond il-kumpanija appellanti l-vera raguni tat-tkeccijakienet l-inkompetenza pruvata ta' l-appellat li jaghmel xoghlu sal-livell li kienet tehtieg il-kariga manigerjali tieghu;
(2)Il-kwantum tal-kumpens akkordat mit-Tribunal ma juri ebda ness mal-fattiu hu eccessiv u nieqes minn spjegazzjoni.

Fir-risposta tieghu ghall-appell hekk intavolat, l-appellat jissolleva b' eccezzjoni l-irritwalita` ta' l-appell ghax mhux bazat fuq “punt ta' ligi” anorma ta' l-Artikolu 82 (3) tal-Kapitolu 452. F'kull kaz, skond l-appellat, lanqas ma huwa minnu illi t-Tribunal illimita ruhu ghall-ezami tar-raguni gusta, o meno, mill-ottika tal-misconduct jew tad-dizubbidjenza.

Id-diligenza skond il-mudell tal-bonus paterfamilias tirrapprezenta kriterjuoggettiv tal-valutazzjoni ta' l-adempiment mill-haddiem, u din id-diligenza titkejjel skond dawn iz-zewg indikaturi:-
(1)L-ewwelnett, f'rapport mal-prestazzjoni dovuta. Dan fis-sens illi hu mistenni li l-impjegat jassikura illi l-mansjoni jew mansjonijiet jigu ezegwiti skond il-kwalita partikulari ta' l-attivita tieghu. Hekk, allura, in bazi ghall-abilita teknika jew professjonali rikjesta fl-espletament tal-mansjoni u l-osservanza ta' kull imgieba accessorja (ubbidjenza, fedelta) u dik tal-kawteli necessarji ghal fini tal-korrettezza professjonali;
(2)Fit-tieni lok, u akkoppjat ma' ta' l-ewwel, il-kriterju ta' l-interessi tal-kumpanija li thaddmu. Jigifieri, li jkun assikurat illix-xoghol ezegwit ikun sew korrelat ma' l-ezigenzi partikulari tal-principal.

Fil-kaz in ezami s-socjeta` appellanti tippretendi li kien hemm nuqqas ta' diligenza mill-appellat krejata minn qaghda ta' rendiment skars da parti tieghu, u ta' dipendenza totali minnu fuq ic-Chairman tal-kumpanijanonostante li l-kariga tieghu ta' Complex Manager kellha tiddettalu li hu, b'inizzjattiva, jwettaqil-prestazzjonijiet tieghu, anke fl-assenza ta' direttivi minn min ihaddmu.

Dejjem skond l-istess socjeta` appellanti, qaghda bhal din kellha certament tikkonfigura bhala kawza gusta ta' terminazzjoni ta' l-impjieg ta' l-appellat ghaliex kienet, manifestament, turi li ma ntlahqux certi rizultati aspettati minhabba l-inkapacita jew l-imkompetenza ta' l-appellat fl-adempiment ta' dmirijietu. Is-socjeta' appellanti elenkat varji sitwazzjonijiet bl-iskop li turi li kien hemm da parti ta' l-appellat inosservanza kontinwata ta' l-inkariki specifici, konsoni mal-kariga tieghu ta' Complex Manager.

Hu principju ripetutament affermat minn din il-Qorti illi l-punt ta' ligi li jirrendiammissibbli l-impunjattiva tas-sentenza moghtija mit-Tribunal adit, jew, del resto wkoll, minn tribunali jew bordijiet ohra fejn id-dritt ta' l-appell hu hekk limitat ghal “punt ta' ligi”, irid ikun dak ta' vjolazzjoni jew ta' applikazzjoni falza tal-punt ta' dritt. L-aggravju jrid jippostula sew l-allegazzjoni esplicita tal-punt ta' dritt applikat fir-rigward ta' l-elementi tal-provi accertati,u mhux, sempliciment proponibbli f'kollegament mad-deduzzjoni illi t-Tribunal ma ghamelx indagini sewwa tal-kawza tal-licenzjament. Anke kieku l-evidenza tal-punt tal-ligi kellu jikkonsisti f'dan ir-ragonament, din il-Qorti ma ssib ebda riskontru tieghu minn ezami tas-sentenza appellata. Ebda ezamiinadegwat mit-Tribunal tac-cirkustanzi jew tal-fatti ta' karattru deciziv. L-ewwel ilment ma jistax allura jigi akkolt.

Fuq it-tieni motiv ta' aggravju, l-apprezzament tal-mertu tal-kwantu kompensatorju jisfuggi mic-censura ta' din il-Qorti meta dan ma jirrizultalhiex li hu zbaljat jew, altrimenti, oneruz.

Din il-Qorti ta'l-Appell ghandha mbaghad ghax tissupponi illi t-Tribunal ha fil-konsiderandi tieghu tal-kwantum likwidat l-indikaturi kollha prefissi fl-Artikolu 81 (2) (a) tal-Kapitolu 452. Ghaldaqstant din il-Qorti tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta' din il-procedura kontra s-socjeta` appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info