Reference: 151/2000/2

Judgement Details


Date
30/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
VALENZIA GEOFFREY
Parties
GALEA ANNA ET vs ST. JULIANS BAND CLUB
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RITRATTAZZJONI, APPLIKAZZJONI HAZINA TAL-LIGI
Summary
Ir-rittrattandi qed jissottomettu li l-kompitu tal-Qorti kien li hi tkun newtrali bejn il-partijietu tapplika l-kliem tal-Ligi mentri f'dan il-kaz l-Qorti qalet li n-newtralita' ma kienitx taqbel mal-ottika taghha ta' gustizzja u ghazlet li tiskarta l-kliem tal-ligi u hadet in konsiderazzjoni l-utilita' socjali tal-kazin ritrattat. Ir-ritrattandi jikkontendu li f'dan il-kaz, il-Qorti skartat jewinjorat kemm il-kelma tal-ligi kif ukoll il-kriterji stabbiliti mill-Qrati taghha dwar il-figura guridika ta' sullokazzjoni.

Il-Qorti tal-Appell, a bazi ta' gurisprudenza li ghamlet riferenzaghaliha u wara li tat l-interpretazzjoni taghha ta' l-artikolu applikabbili tal-ligi, waslet ghal konkluzzjoni li, fuq il-fatti kif emersi fejn il-kazin il-kwistjoni, kien dejjem bar cum restaurant, hi ma setghetx tirravviza kuntratt ta' sullokazzjoni vera u proprju izda kuntratt sui generis li ghandu regoli pekuljari ghalih.

Il-Qorti ta' l-Appell hadet in konsiderazzjoni u tat importanzal-arrangamenti li saru li kienu jservu principalment u preponderantement il-htigijiet u l-interessitas-socji. Inoltre osservat li l-kazin zamm il-kontrol effettiv biex jassigura l-adempiment shih mill-gestituri tal-pattijiet konvenuti u meta kien hemm xi nuqqas dan gie rettifikat, u ghalhekk il-Qorti waslet ghall konkluzzjoni li ma rravvisatx vera u proprja sullokazzjoni.

Ghaldaqstant dinil-Qorti tiddeciedi l-kawza billi tichad it-talba tar-rikorrenti ritrattandi ghal smigh mill-gdid tal-kawza ghar-ragunijiet minnhom dedotti, bl-ispejjez kontra taghhom.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info