Reference: 31/2007

Judgement Details


Date
30/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
WALKER ARTHUR vs FOSTER CLARK PRODUCTS LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Summary
Fl-Istqarrija ta' dan il-kaz, l-appellant qal li gie mkecci ingustament mill-Kumpanija li allegat lima kienx genwinament isofri minn korriment li sehh fuq il-post tax-xoghol. It-tkeccija saret minghajr gustifikazzjoni u sehhet waqt perijodu ta' injury leave bi ksur tal-ligi. Minn naha l-ohra, il-Kumpanija qalet li t-tkeccija kienet gustifikata ghaliex minkejja li l-appellant kien imwissi diversidrabi biex jaghmel dak mistenni minnu, dan baqa' ma jwettaqx xoghlu b'mod sodisfacenti. Barraminnhekk kien negligenti, uza kliem dispregjattiv dwar kollegi u ma obdiex proceduri tal-Kumpanija. Fuq kollox, allega li kien korra fuq ix-xoghol izda wara investigazzjonijiet li ghamlet il-Kumpanija, gie stabbilit li dan ma kienx veru.

Dan il-kaz jinvolvi nuqqas ta' qbil bejn il-Kumpanija u l-appellant dwar incident li ghalih ma kienx hemm xhieda li rawh. Il-Kumpanija, fuq bazi ta' gustifikazzjoni sostanzjali, izda mhux ta' certezza, iddecidiet li ma kienx hemm korriment fuq ix-xoghol waqt lil-appellant baqa' jsostni li fil-fatt wegga' fuq ix-xoghol.

It-Tribunal dehrlu li ghalkemm il-Kumpanija talbet parir lid-Dipartiment tas-Sigurta` Socjali u ma nghatax twegiba, setghet ta' l-anqas insistiet ghal risposta qabel ma ghamlet it-terminazzjoni. Minn naha l-ohra l-appellant, li kienjaf li l-Kumpanija ma kinetx qed taccetta li wegga' fuq ix-xoghol, imissu ha passi biex Awtorita kompetenti taqbad il-kaz tieghu mal-Kumpanija. Dan ma ghamlux, baqa' jsostni l-pozizzjoni tieghu u marritornax ghax-xoghol. Wara li qies kif agixxew il-partijiet u l-fatt li baqghu dubji dwar x'gara ezattament, it-Tribunal iddecieda li jaghti kumpens limitat lill-appellant u jordna li l-Kumpanija thallsu l-ammont ta' Lm750.

L-aggravju tas-socjeta` intimata fil-kontestazzjoni ta' din is-sentenza jirrizulta li hu wiehed ta' obbjezzjoni ghall-fatt li t-Tribunal Industrijali ordna kumpens minghajr sejba ta' tkeccija ingusta. F' dan il-kuntest is-socjeta` appellanti tikkollega ruhha ghal dakta' l-applikazzjoni tal-principju bazilari li min jallega jrid jipprova, fejn hi tinterpretah fis-sens illi l-appellat naqas milli adegwatament jipprova l-assunt tieghu ta' tkeccija ingusta u, konsegwentement, kellu jircievi applikabilita` l-prinicpju l-iehor actor non probante, reus absolvitur.

Hi disposizzjoni tal-ligi, ex-Artikolu 36 (14) ta' l-Att dwar l-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali, illi principal jista' jillicenzja impjegat tieghu ghal “raguni tajba u bizzejjed” u dan blahtiega ta' preavviz u minghajr obbligu ta' hlas. Tkeccija mill-impjieg ma tistax issehh hlief ghalraguni valida, u una volta accertata l-illegittimita tat-tkeccija, lill-impjegat ghandu jinghata rizarciment f' forma ta' kumpens.

Fil-fehma ta' din il-Qorti ta' l-Appell, it-Tribunal wasal ghal konkluzjoni, fattwalment u guridikament, ezenti minn vizzji logici. Ghaldaqstant din il-Qorti tilqa' l-appell u konsegwentement thassar u tirrevoka s-sentenza appellata, bl-ispejjez ta' din l-istanza jitbatew mill-appellat.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info