Reference: 32/2007

Judgement Details


Date
30/04/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ABELA MARIA NORMA vs PATER HOLDING COMPANY LIMITED ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; TRASFERIMENT TA NEGOZJU
Summary
L-appellata kienet impjegata tas-socjeta` U.C.I.M. Co. Ltd fuq bazi whole time. B' kuntratt din is-socjeta` ttrasferiet lill-kumpanija appellanti s-servizzi ta' tindif f' Waldorf Auto Service Centref' San Gwann. B' rizultat ta' dan it-trasferiment l-appellata giet dikjarata redundant u mitmum il-kuntratt ta' impjieg taghha. Kif sottomess mis-socjeta` appellanti, il-pern tal-kwestjoni jaggira fuq il-punt jekk b' dak il-kuntratt kienx hemm ukoll it-trasferiment tan-negozju.

ll-kaz migjub quddiem it-Tribunal Industrijali mir-rikorrenti jinkludi zewg pretenzjonijiet segwiti b'talbiet li jirrizultaw mill-istess pretenzjonijiet. L-ewwel pretenzjoni hi li t-temma ta' l-impjieg tar-rikorrenti mill-kumpanija intimata Pater Holding Company Limited saret bi ksur tal-provvedimenti ta' l-Artiklu 36(4) tal-Kapitlu 452 tal-Ligijiet ta' Malta. It-talba tar-rikorrenti f'dan ir-rigward kienetli jekk it-Tribunal Industrijali jiddeciedi li l-Artiklu 38 tal-Kapitlu 452 tal-Ligijiet ta' Malta ma japplikax ghall-kaz taghha, jordna li hi tkompli minghajr waqfien fl-impjieg taghha mal-kumpanijaintimata Pater Holding Company Limited. It-tieni pretenzjoni hi, li wara li l-Kumpaniji intimati U.C.I.M. Company Limited u Pater Holding Company Limited ghaddew ix-xoghol ta' tindif kollu li kien ghadu jsir minn din ta' l-ahhar, lill-kumpanija intimata Clentec Cleaning Services Limited permezz ta'kuntratt, l-impjieg tar-rikorrenti minn mal-kumpanija intimata Pater Holding Company Limited kien terminat bi ksur tal-provvedimenti ta' l-Artiklu 38 tal-Kapitlu 452 tal-Ligijiet ta' Malta. It-talba tar-rikorrenti f'dan ir-rigward kienet biex jekk it-Tribunal Industrijali jiddikjara li l-provvedimenti ta' I-Artiklu 38 tal-Kapitlu 452 tal-Ligijiet ta' Malta japplika ghall-kaz taghha, ghandu jordnalill-kumpanija intimata Clentec Cleaning Services Limited biex timpjegaha maghha minghajr telf ta' servizz.

It-Tribunal Industrijali ddecieda li:
• l-ghoti tax-xoghol ta' tindif mill-kumpaniji intimati U.C.I.M. Company Limited u Pater Holding Company Limited lill-kumpanija intimata ClentecCleaning Services Limited kien jammonta ghal trasferiment ta' negozju skond il-provvedimenti ta' l-Artiklu 38 tal-Kapitlu 452 tal-ligijiet ta' Malta.
• l-applikazzjoni ta' l-Artiklu 34(4) tal-Kapitlu 452 tal-ligijiet ta' Malta mill-kumpanija intimata Pater Holding Company Limited fil-konfront tar-rikorrenti kienet skond il-ligi.
• il-kumpanija Clentec Cleaning Company Limited ghandha timpjega lir-rikorrenti maghha bil-kundizzjonijiet li kienet tgawdi mal-Pater Holding Company Limited minghajr telf ta' servizz. Izda l-hlas tal-paga ghandu jibda jsehh mid-data minn meta ntemm iz-zmien tal-hlas li ghamlet il-kumpanija intimata Pater Holding Company Limited rigwardanti l-avviz statutorjutat-temma ta' l-impjieg moghti mill-istess kumpanija.

Il-kumpanija Clentec Cleaning ServicesLimited introduciet appell minn din is-sentenza bl-aggravju illi t-Tribunal Industrijali ghamel apprezzament hazin tal-ligi meta ddecieda illi l-ghoti lilha tax-xoghol ta' tindif minn Pater Holding Co. Ltd kien jammonta ghal trasferiment ta' negozju fit-termini ta' l-Artikolu 38 tal-Kapitolu 452 u tar-Regolament 3 (1) ta' l-Avviz Legali 433 ta' l-2002. Is-socjeta` appellanti tikkontendi dan in bazi ghad-decizjonijiet tal-Qorti Ewropeja minnha citati u dak ta' l-argoment illi fil-kaz partikularikienu jonqsu certi fatturi ghal kostituzzjoni ta' “trasferiment ta' azjenda jew ta' negozju”.

Hu dispost fl-Artikolu 38 (1) ta' l-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali illi “metanegozju jew azjenda ohra jittiehed il-kontroll taghhom, ghal kollox jew f' parti, minn persuna minghand principal, kull impjegat fl-impjieg ta' min jitrasferixxi fid-data tat-trasferiment tan-negozjughandu jitqies li jkun fl-impjieg tal-persuna li lilha jigi trasferit in-negozju u l-persuna li lilha jigi trasferit in-negozju ghandha tassumi d-drittijiet u l-obbligi kollha li min jitrasferixxi ghandu rigward l-impjegat”.

Jinghad, imbaghad, fir-Regolament 3 (1) (a) ta' l-Avviz Legali 433ta' l-2002 illi l-precitat artikolu ta' l-Att principali jghodd “ghal kull trasferiment ta' azjenda,negozju, jew parti minn azjenda jew negozju lil principal iehor b' rizultat ta' trasferiment jew fuzjoni legali”. Jissokta jinghad fil-proviso ta' dan l-istess Regolament 3 (1) (a), “izda jkun hemmtrasferiment skond dan ir-regolament kull meta jkun hemm trasferiment ta' enti ekonomika li tibqa' zzomm l-identita` taghha, bl-objettiv li ssegwi attivita ekonomika”.

Mill-interpretazzjoni taghha ta' dawn id-disposizzjonijiet tal-ligi, il-Qorti taghmel dawn il-konsiderazzjonijiet:-
(1) Il-presuppost ghall-iskattar ta' l-Artikolu 38 tal-Kapitolu 452 ghaf-favur ta' l-impjegat hu dak li hu jkun assunt mill-kumpanija cedenti f' mument anterjuri ghat-trasferiment, b' mod li, allura, bhalsuccessur fit-titolarita ta' l-azjenda jew tan-negozju, ic-cessjonarju jsir il-principal gdid tieghu. Ifisser, ukoll, illi fis-successjoni ta' dan ir-rapport tax-xoghol c-cessjonarju subentranti jidhol fil-posizzjoni guridika shiha, attiva u passiva, vis-à-vis l-impjegat;
(2) In-negozju, ikkonsidrat fl-individwalita` awtonoma tieghu, jitlob il-konkors ta' zewg objettivi principali. Il-wiehed, oggettiv, rapprezentat mill-kontinwita` tan-negozju jew attivita bhala entita ekonomiku. L-iehor,soggettiv, konsistenti fis-sostituzzjoni ta' l-imprenditur li kien imexxi dak in-negozju jew attivita`;
(3) It-“trasferiment” a sensu tar-regolament imsemmi jirrikorri f' dik l-ipotesi fejn l-attivita objettiva tan-negozju tibqa' immutata, b' dan li ghandek it-tibdil tat-titolari. Jimplika wkoll, b' konsegwenza, illi dak in-negozju ser jissokta jigi prosegwit mit-titolari l-gdid.

Fl-organizzazzjoni azjendali tas-socjeta` Pater Holding Company Limited din kellha inkorporata fiha setturi jew attivitajiet diversi. Dan kif sewwa kkonstatat ukoll mit-Tribunal fil-parti razzjonali tas-sentenza tieghu. Issa r-Regolament 3 (1) (a) jipprovdi wkoll ghall-qaghda fejn ikollok trasferimentta' parti minn azjenda, intiza din, naturalment, bhala xi haga funzjonalment awtonoma ta' attivita`ekonomika organizzata, hekk pre-ezistenti ghal tali trasferiment u mahsuba li, bit-trasferiment, tikkonserva dik l-identita` proprja taghha. Sitwazzjoni din li, mill-interpetazzjoni li taghtiha dinil-Qorti, kif ukoll il-Qorti Ewropeja, tekwivali ghal dik il-qaghda fejn dik l-attivita` singola fl-azjenda tikkostitwixxi minnha nnifisha impriza idoneja shiha. Dan, s' intendi, attiz dejjem illi, kif donnu hu l-kaz anke hawnhekk, is-socjeta` msemmija hi suddivizibbli f' attivitajiet komplessi likull wahda minnhom ghandha dik l-awtonomija taghha fil-qafas ta' l-istruttura unitarja b' mod li tintegra l-estremi ta' azjenda. Meta hekk inhu l-kaz l-effetti ta' l-Artikolu 38 ta' l-Att jibqghu cirkoskritti ghal dawk l-impjegati li jkunu hekk addetti mat-tip ta' attivita` cedut; f' dan il-kaz, l-appellata.

Kif taraha din il-Qorti ta' l-Appell, mhux bilfors essenzjali ghal konfigurabilita` tal-fattispeci tat-trasferiment skond l-Artikolu 38 dak li tghid is-socjeta` appellanti illi ghas-sussistenza taghha ried ikollok anke t-trapass ta' l-assi, kapitali jew m'humiex. In-nuqqas ta' danil-fattur ma jidherx li jikkostitwixxi cirkostanza ostatativa ghall-applikabilita` ta' dik id-disposizzjoni tal-ligi. Jibqa' dejjem valevoli u ta' somma importanza l-konsiderazzjoni li l-kontraentiqiesu lil dik l-attivita` aljenata fl-awtonomija individwali taghha, u li dik l-istess attivita` kienet ser titkompla mis-socjeta` cessjonarja. Dan, anke, minghajr dawk l-assi.

Il-Qorti ta' l-Appell tqis is-sentenza appellata bhala wahda korretta tal-valutazzjoni, sew ta' fatt kif ukoll ta'dritt, maghmula mit-Tribunal u l-Qorti ma ssibx gustifikazzjoni biex twarrabha. Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad dan l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra s-socjeta` appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info