Referenza: 289/2006/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/04/2008
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Ġudikatura
SCIBERRAS PHILIP
Partijiet
FOCAL MARITIME SERVICES CO LTD vs TOP HAT CO LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
APPELL; RELAZZJONI GURIDIKA/POLZA TAL-KARIKU
Fil-Qosor
In linea ta' principju generali huwa, bla dubju, indiskuss illi d-deduzzjoni ta' konvenut f' gudizzju trid, necessarjament, titwieled minn rapport guridiku, sija jekk dan jemani minn kuntratt, lezjonita' dritt minn intervent delittwuz jew akwiljan, ope successionis jew minn sitwazzjonijiet strutturalment komuni. B' konsegwenza, kawza ma tkunx tista' tikkonsegwi l-iskop taghha jekk mhux fil-konfront ta' dak li mieghu l-attur, ghal xi wahda mill-konnessjonijiet accennati, ghandu relazzjoni guridika. L-accertament ta' din ir-relazzjoni jrid isir fuq il-bazi tal-petitum u, cjoe, tar-rizultat persegwit fil-gudizzju mill-attur bit-talba tieghu.

L-azzjoni li biha s-socjeta` attrici qeghda tikkonsegwixxi dan id-dritt taghha ghar-reklam tad-demurrage hi derivanti mill-polza tal-kariku.Precizament, dik ta' l-istandard clause 1.08, integralment kompriza flimkien ma' klawsoli ohra fil-Bill of Lading. Fiha jinsab specifikat min hu l-mittenti (is-socjeta` konvenuta), l-isem tal-konsenjatarju fit-Turkija, id-deskrizzjoni tal-merkanzija mghobbija fil-container trasportat bil-vapur u l-isem tal-vettural. Kollox taht it-timbru u firma tas-socjeta` attrici.

In tema legali hi disposizzjoni espressa tal-Kodici tal-Kummerc, ex-Artikolu 325, illi l-imsemmija polza tal-kariku taghmel prova tar-rapport intercedenti bejn il-partijiet kollha interessati fit-taghbija. Kif jinghad,imbghad, fl-Artikolu 321 ta' l-istess Kodici tali polza tkun moghtija lill-karikatur.

Fil-presenza ta' din il-qaghda huwa difficli ghal din il-Qorti ta'l-Appell li temmen lil Emanuel Bugeja,rapprezentant tas-socjeta` konvenuta fejn dan konvenjentement stqarr, b' referenza ghal Polza, illima jiftakar xejn fir-rigward. Kollox jindika li l-oppost hu l-kaz. Jigifieri, li hu kien xjenti tal-polza u tat-taghbija li saret fil-container .

Ir-relazzjoni guridika f' dan il-kaz, u allura wkoll il-litiskonsorju li ghandu jwiegeb ghat-talba, iddependiet mill-ezistenza ta' dik is-sitwazzjoni guridika partikolari kostitiwta mill-polza u minn normi tal-ligi surreferiti applikabbli ghaliha. Huwa car hafna, fil-hsieb ta' din il-Qorti, illi r-rapport intervenut bejn il-partijiet bis-sahha ta' dik l-istess polza kien wiehed li jimmira ghall-produzzjoni ta' effetti guridici fl-ambitu tad-drittijiet. Dan ghaliex hu sew logiku li jigi ritenut illi dak l-att tal-polza kien prova qawwijata' dik il-manifestazzjoni tal-volonta mahsuba ghall-kuntrattazzjoni ta' bejniethom, anke jekk forsiin via sekondarja, u, allura wkoll, ghall-produzzjoni ta' certi konsegwenzi guridici.

Din il-Qorti ta'l-Appell tqis fondat l-appell fl-aspetti kemm fattwali u guridici tieghu. Hu l-kaz ghalhekk li s-sentenza appellata tigi mwarrba u l-atti rimandati lura lill-ewwel Qorti ghall-konsiderazzjoni tal-mertu. Ghaldaqstant din il-Qorti tilqa' l-appell u b' hekk thassar u tirrevoka s-sentenza appellata, bl-ispejjez taz-zewg istanzi kontra s-socjeta` konvenuta appellata. L-atti qed jigu rinvijati lura lill-ewwel Qorti ghad-deliberazzjoni u decizjoni minnha tal-mertu tat-talba u tat-tieni eccezzjoni tas-socjeta` konvenuta ghaliha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni