Reference: 753/2000/1

Judgement Details


Date
02/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
PACE ANTHONY vs AVUKAT GENERALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, INDIPENDENZA U IMPARZJALITA` TAL-QORTI JEW TRIBUNAL - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, MIN HU LEGITTIMU KONTRADITTUR META TIGI ALLEGATA VJOLAZZJONI MINN QORTI JEW TRIBUNAL - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, PROTEZZJONI TAL-MEMBRI TA` QORTI JEW TRIBUNAL - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, RAPPREZENTANZA GUDIZZJARJA TAL-GVERN
Summary
L-indipendenza u l-imparzjalita' tal-gudikatura jigu anjentati jekk gudikant ikun huwa stess soggettghal xi azzjoni bhala konsegwenza tax-xoghol tieghu ta' gudikant. Ma jistax ikun hemm indipendenzaw imparzjalita' f'gudikant jekk huwa stess ikun soggett ghall-proceduri.

Din l-indipendenza tal-gudikatura u magistratura hija rikjesta mill-Kostituzzjoni fl-interess ta' l-istess amministrazzjoni tal-gustizzja ghaliex ma jistax ikun hemm vera amministrazzjoni tal-gustizzja jekk il-gudikant ma jkunx indipendenti meta jigi biex jiggudika.

Dak il-minimu ta' indipendenza w imparzjalita' kien indubbjament jikkomprendi qabel kollox il-protezzjoni ta' l-gudikatur minn kull forma ta' pressjoni jew skrutinju konsegwenzjali ghall-azzjoni diretta ta' xi parti in kawza u li kien is-suggett tal-gudikat tieghu. Il-gudikatur seta' biss ikollu l-operat tieghu soggett ghar-revizjoni ta' tribunal iehor jew qorti li hi stess tkun munita bl-istess garanziji ta' imparzjalita' w indipendenza.

Tali imparzjalita' w indipendenza l-Kostituzzjoni w il-Konvenzjoni jirrikjeduha u jesiguha mhux biss fir-rigward tal-Qrati ordinarji imma wkoll f'kull tribunal jew awtorita' gudikanti li humamwaqqfa b'ligi u moghtija kompetenza illi jiddeterminaw id-drittijiet u l-obbligi civili. Dan ghandu jkun pacifiku ghax jirrizulta b'mod car fid-disposizzjonijiet tal-Kostituzzjoni u tal-Konvenzjonili bl-ebda mod ma jiddiskriminaw fir-rigward ta' l-indipendenza u l-imparzjalita' bejn il-Qrati ordinarji u tribunali ohra statutorjament kostitwiti.

Il-Bord tal-Appell dwar L-Ippjanar, ghalkemm ma jifformax parti mill-istruttura gudizzjarja ordinarja, jinkorpora fih dawk il-karatteristici fondamentali assocjati mal-process gudizzjarju biex jiggarantixxu smigh xieraq minn tribunal indipendenti w imparzjali. Ma kien hemm allura l-ebda raguni ghaliex ma kellhomx japplikaw ghalih l-istess garanziji kostituzzjonali applikabbli ghall-qrati ordinarji biex jigi assigurat proprju s-smiegh xieraq li l-Kostituzzjoni w il-Konvenzjoni jesigu bhala jedd fondamentali ta' l-individwu.

Unavolta li tribunal amministrattiv, imwaqqaf b'ligi, ma jistax jigi mharrek sabiex iwiegeb ghall-ghemil gudizzjarju tieghu allura jkun mehtieg illi xi hadd jirrispondi ghalih fejn dan l-ghemil ikun qieghed jigi attakkat gudizzjarjament. Una volta li kien id-dmir ta' l-Istat li johloq l-istrutturi gudizzjarji bhal ma huma l-Qrati w it-Tribunali, kien l-Istat li kellu jwiegeb ghan-nuqqasijiet fl-ghemil gudizzjarju ta' dawn l-istrutturi u dan finalment sabiex tibqa' dejjem tigi mharsa l-indipendenzataghhom essenzjali ghall-amministrazzjoni tajba tal-gustizzja.

Lezjoni ta' jedd fondamentalikonsegwenzali ghall-process gudizzjarju ma kenitx tinvolvi talba tan-natura li setghet tkun direttakontra xi wiehed jew aktar mill-Kapijiet tad-Dipartimenti tal-Gvern ai termini tal-Artikolu 181B tal-Kap. 12 ghalhekk il-Gvern ghandu, f`kawzi ta` din in-natura jkun rapprezentat mill-Avukat Generali.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info