Reference: 582/1997/1

Judgement Details


Date
02/11/2001
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Parties
MIFSUD FRANCIS XAVIER SIVE FRANK vs AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DETERMINAZZJONI TA` DRITTIJIET CIVILI FI PROCEDURI KRIMINALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITTIJIET TA` PARTE CIVILE FI PROCEDURI KRIMINALI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` OGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, IMPARZJALITA` SOGGETTIVA - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, ONERU TAL-PROVA TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI
Summary
Min jallega li rikorrent f`azzjoni kosituzzjonali kellu rimedju xieraq taht xi ligi ohra jrid jipprova din l-allegazzjoni.

Imparzjalita` tfisser nuqqas ta` pregudizzju jew "bias". Huwa necessarju li n-nuqqas ta` imparzjalita` tigi provata b`ezami soggettiv b`riferenza ghall-konvinzjoni personali ta` imhallef partikolari f`kaz partikolari kif ukoll wiehed oggettiv, jigifieri, jekk l-imhallef offriex garanziji sufficjenti sabiex jeskludi dubju ragjonevoli f`dan ir-rigward.

L-ezamisoggettiv jehtieg li ssir il-prova li fuq il-fatti kif provati gudikant agixxa b`bias personali kontra r-rikorrent. F`dan ir-rigward hemm ukoll prezunzjoni li l-gudikant jitqies imparzjali sakemm jigiprovat il-kuntrarju.

Filwaqt li hu indiskuss il-prinicipju illi minkejja li l-gudikant ghandu emozzjonijiet personali ma jistax ihalli lil dawn l-emozzjonijiet imexxuh fis-smiegh tal-kawza jewfil-formazzjoni tal-opinjoni tieghu, hu daqstant iehor pacifiku li mhux kull kumment, anke kien iebes da parti tal-gudikant biex jassigura kondotta xierqa tal-process, ma kien jikkwalifikah bhala parzjali. Il-prova soggettiva ta' parzjalita' kellha mhux biss tkun konkluziva biex twaqqa' l-prezunzjoni li l-gudikant kien nieqes mill-pregudizzju u imparzjali, imma kellha tkun tali li tnissel il-konvinciment illi c-cirkostanzi li setghu apparentement jidhru prova ta' parzjalita' kienu tali li ddeterminaw l-gudizzju finali tal-gudikant.

Jekk jirrizulta li kien essenzjali ghad-determinazzjoni tad-dritt civili ta' persuna li jigi istitwit process kriminali allura l-individwu kellu kull dritt illi jezigi l-protezzjoni ta' l-art. 6 tal-Konvenzjoni ta' l-art. 39 tal-Kostituzzjoni ghal smiegh xieraq fil-process kriminali, anki jekk intrometta ruhu biss bhala parti civili, daqslikieku kien parti f'kawza civili minnu promossa biex jiddefendi d-dritt civili tieghu ghall-unur u reputazzjoni tajba.

Jekk, ghall-kuntrarju, dan ma kienx il-kaz, u allura jirrizulta illi l-persuna kellha rimedju iehor quddiem il-qrati civili, indipendenti mill-process kriminali li kien jassiguralu l-protezzjoni ta' tali dritt, allura l-Qorti difficilment setghet taccetta s-sottomissjoni li kien ikunapplikabbli s-subinciz 1 ta' l-art. 6 ta' l-ewwel skeda tal-Kap 319 u ta' l-art. 39 tal-Kostituzzjoni.

Filwaqt li fil-kaz ta` libell taht l-Att dwar l-Istampa jezisti rimedju civili kif ukollrimedju kriminali, fil-kaz ta` malafama li taqa` taht l-Artikolu 252 tal-Kodici Kriminali (malafamabil-kliem), fejn il-malafama tkun saret biss bil-kliem l-unika azzjoni li biha il-malafamat seta', fl-ewwel lok, jiddefendi l-unur tieghu, kienet tramite l-azzjoni kriminali fit-termini ta' l-artikolu252 tal-Kap 9. Infatti kien biss f'dawn il-proceduri li l-malafamat bil-kliem seta' jottjeni dikjarazzjoni gudizzjarja illi l-unur tieghu, li ghalih kellu jedd fondamentali, kien gie mzeblah. F'dawn ic-cirkostanzi ghalkemm hu rikonoxxut il-principju li "kull rejat inissel azzjoni kriminali u azzjoni civili" (Art. 3(1) tal-Kap 9) u li "l-azzjoni kriminali titmexxa quddiem il-qrati ta' gurisdizzjoni kriminali u biha tintalab piena kontra l-hati" (subinciz 2) waqt li "l-azzjoni civili titmexxaquddiem il-qrati ta' gurisdizzjoni civili u biha jintalab il-hlas tal-hsara li ssir bir-rejat" (subinciz 3), il-malafamat ma setghax civilment jipprocedi biex jiddefendi l-unur tieghu jekk ma jkunxf'posizzjoni li jipprova li hu kien sofra bhala konsegwenza tal-malafama bl-kliem danni attwali u reali.

Dan iwassal ghall-konkluzzjoni illi f'din ix-xorta ta' kawzi l-process kriminali kien,jew almenu seta' jkun, determinanti biex il-malafamat ikun jista' jiddefendi l-unur u r-reputazzjoni tieghu. Meta jokkorru sitwazzjonijiet u cirkostanzi bhal dawn l-individwu kellu kull dritt illi jezigi l-protezzjoni ta' l-art. 6 tal-Konvenzjoni ta' l-art. 39 tal-Kostituzzjoni ghal smiegh xieraqfil-process kriminali, anki jekk intrometta ruhu biss bhala parti civili, daqslikieku kien parti f'kawza civili minnu promossa biex jiddefendi d-dritt civili tieghu ghall-unur u reputazzjoni tajba.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info