Reference: 86/2003/1

Judgement Details


Date
27/02/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
CASSAR JOHN PRO ET NOE ET vs BALDACCHINO BERNARD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ZGUMBRAMENT
Summary
L-atturi odjerni jghidu li huma ulied Joseph Cassar (w eredi tieghu) li kien originarjamet kera r-raba mertu ta' din il-kawza lil missier il-konvenut, Joseph Baldacchino. Missier l-attur kien kera l-ghalqa lil missier il-konvenut ghal zmien twil. Meta miet missier l-atturi huma xtaqu jiehdu lura l-pussess tal-ghalqa u ghalhekk marru jkellmu lil missier il-konvenut u talbuh johrog mill-ghalqa peress illi xtaqu jghamlu l-ghalqa bid-dwieli. Ghall-ewwel missier il-konvenut ma xtaqx johrog mill-ghalqa u jcedi l-qbiela li kellu izda wara xi zmien skond l-atturi dan ceda u accetta li jghamel hekk.

Konsegwentement, missier l-konvenut miet u l-atturi xtaqu jirriprendu l-pusess tal-ghalqa perol-konvenuti ma riedux johorgu mill-ghalqa ghaliex fil-fehma taghhom kellhom titolu fuqha.Il-konvenuti xtaqu jibqghu jahdmu l-ghalqa u ghalhekk bdew jiddepositaw il-qbiela l-Qorti meta l-atturi ma accettawx aktar il-qbiela in kwistjoni.
Kien ghalhekk li l-atturi fethu din il-kawza ghall-izgumbrament tal-konvenuti.

Il-konvenuti minn naha taghhom qed ighidu illu huma ghandhom titolu validufuq ir-raba mertu tal-kawza u dan ghaliex Bernard Baldacchino kien minn dejjem jahdem ir-raba ma missieru u ghalhekk mal-mewt tieghu u wara ta ommhom huwa wiret il-qbiela. Jirrizulta ukoll mill-provili effettivament l-konvenut Bernard verament kien jahdem ir-raba tant li anke fid-Dipartiment tal-Agrikoltura fl-Ghammieri huwa kien registrat bhala l-inkwilin tar-raba.

In principju din il-Qorti taqbel ma dak li gie sottomess mill-avukat difensur tal-atturi li una volta l-inkwilin icedi d-drittijiet tieghu allura din iggib il-konsegwenza tat-terminazzjoni tal-kirja. Jinghad li “la darbajispicca t-titolu ta inkwilin jispicca ukoll it-titolu derivattiv bhala sub inkwilin mhux rikonoxxutmis-sid”. Pero f'kaz li din il-Qorti thoss li l-ftehim ma huw wiehed validu, allura dan ifisser lima tkun saret l-ebda cessjoni u vermanet il-konvenut ikollu titolu validu fil-ligi. Ghaldaqstant l ewwel Qorti taqta u tiddecidi l-kawza billi in raguni ghan-nuqqas ta' prova sodisfacenti u univoka, tichad it-talba tal-atturi u tilqa l-eccezzjoni li l-konvenuti ghandhom titolu validu fil-ligi u tikkundanna lill-atturi jhallsu l-ispejjez tal-kawza.

Intant, l-appell ta din is sentenza qed jigi rigettat fil-kapi kollha ta' l-aggravji tieghu u s-sentenza appellata, ikkonfermata, bl-ispejjez anke ta' din l-istanza jibqghu sopportabbli mill-atturi appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info