Reference: 159/2005/1

Judgement Details


Date
27/02/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
BORG CLAIRE vs ZAMMIT VICTOR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; FTEHIM F' KUNTRATT
Summary
Il-konvenut Zammit kellu jizviluppa fond skond is-sengha u l-arti u ntrabat li jlesti x-xoghlijiet kollha nvoluti sa data stipulata. Fin-nuqqas ta' dan, il-kerrej, sussegwentement l-attrici, kellha d-dritt bhala kerreja tal-fond de quo, li titlob il-flus li thallsu fl-iskrittura oltre somma ekwivalenti ghal dik li tkun thallset, kemm lis-sidien kif ukoll ghall-kwalunkwe benefikati li jsiru a spejjez taghhom. Sad-data pattwita, ghall-attrici kien impossibbli li tidhol fil-fond lilha mikri ghaliexil-konvenut ma kienx ottempora ruhu mal-kundizzjoni minnha assunta li jlesti l-post u jirrendieh abitabbli bizzejjed li jippermetti lill-attrici tiehu pussess tieghu. Nonostante dan, l-attrici tat 6xhur cans lill-attur biex ikun jista' jottempora ruhu u jittermina x-xoghlijiet mehtiega, izda dan kien inutile. Fil-frattemp, l-attrici skopriet li ghalkemm kien inhareg permess ghall-bini mill-awtorita' kompetenti, pero' dan kien skada stante li l-perjodu li ghalih kien inhareg dan il-permess kienskada inutilment. Meta l-attrici rat hekk, riedet tavvala ruhha mill-kundizzjonijiet fl-iskritturata' bejnha u bejn il-konvenut u talbet mhux biss ir-rexissjoni ta' l-istess ftehim pattwit, izda ukoll il-flus li kienet precedentement ghaddiet lill-konvenut Zammit.

L-Ewwel Qorti thoss li l-verzjoni ta' l-attrici timmerita l-avalt ta' din il-qorti, filwaqt li l-verzjoni tal-konvenut ma tikkonvincix u giet skartata. Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti tqis li l-attrici Claire Borg nee Cauchi ppruvat il-kaz taghha skond il-ligi u konsegwentement:
1. iddikjarat li l-konvenuti Victor u Margaretkonjugi Zammit naqsu li jottemporaw ruhhom skond il-kundizzjonijiet tal-ftehim ta' bejhom u bejn l-attrici;
2. iddikjarat li konsegwenza ta' l-istess ikkagunaw danni lill-attrici Claire Borg nee Cauchi fl-ammont komplessiv ta' LM4,812.00,0;
3. ikkundannat lill-konvenuti Zammit biex ihallsu lill-attrici Claire Borg nee Cauchi l-ammont ta' LM4,812.00,0.

L-appell tal-konvenuti minn dinis-sentenza jikkonsisti fl-aggravju illi l-Ewwel Qorti ghamlet apprezzament hazin tal-fatti u ta' l-ipotesi tal-ligi.

L-Artikolu 993 tal-Kodici Civili jirreferi ghal bwona fede b' mod li l-kontraenti wiehed kellu jassikura, b' dover, li jhares u jikkonserva l-interessi tal-kontraenti l-iehor. Hu mistenni dejjem li l-ezekuzzjoni ta' kuntratt issir in armonija mal-pattijiet tieghu u, l-aktar, ma' dik ta' l-operazzjoni negozjali u ekonomika li l-partijiet kellhom in mira meta kkonkludewh.

Dan premess, u dejjem in tema generali ta' dritt, fl-ezekuzzjoni ta' l-obbligazzjonijiet, il-ligi tirrikorri ghal mudell konswet tad-diligenza tal-bonus paterfamilias, ex-Artikolu 1132 (1), Kodici Civili. Li jfisser li l-partijiet kellhom b' dover primarju jaghtu ezekuzzjoni fidila lill-obbligazzjonjiet assunti ghax, fin-nuqqas, ikunu passibbli ghad-danni (Artikolu 1125, Kodici Civili).

Fil-kaz prezenti, l-attrici appellata tattribwixxi inadempiment fil-konvenuti appellanti ghall-fatt illi dawn ma ottemperawx ruhhom mat-termini ta' l-istipulazjonijiet ta' bejniethom. Hi tikkontendi illi l-konvenuti kienu tardivi fix-xoghlijiet u naqsu milli jikkonsenjawlha l-fond saz-zmien miftiehem. Tallega wkoll illi x-xoghlijiet ma kienux muniti b' permess ta' l-Awtorita` kompetenti. Il-konvenuti appellanti, minn naha taghhom, jirribattu dawn l-allegazzjonijiet bis-sottomissjoni illihuma gew imqabbda jaghmlu xoghol differenti u oltre dak miftiehem. F' kull kaz, li n-nuqqas ta' permessi ma kienx jiggustifika l-atteggjament ta' l-attrici li, arbitrarjament, tirrisolvi l-ftehim.

Il-Qorti ta' l-Appell tiddeciedi dan il-kaz billi tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez kontra l-konvenuti appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info