Reference: 280/2006/1

Judgement Details


Date
20/02/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ITALIAN IMAGE CO LTD vs TOURIST SERVICES LTD
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL MINN SENTENZA
Summary
Hu principju assodat fil-procedura odjerna li “min jallega jrid jipprova”. Ix-xhieda prodotta mis-socjeta' konvenuta ma jistax jipprovha. Ghaldaqstant, l-ewwel Qorti tirrespingi l-ewwel eccezzjoni sollevata mis-socjeta' konvenuta u tordna l-prosegwiment tal-kawza, bl-ispejjez rizervati.

Jinsab dispost fil-proviso ghall-Artikolu 231 (1) tal-Kodici ta' Organizzazzjoni u Procedura Civili illil-permess ghalbiex parti sokkombenti tkun tista' tappella minn sentenza parzjali qabel is-sentenza definittiva jrid jinghata fil-qorti “bil-miftuh”. L-imsemmi proviso jissokta jipprovdi illi t-terminulegali ghall-prezentata ta' l-appell jibda jghaddi “mill-jum minn meta jinghata dak il-permess fil-qorti bil-miftuh”. Tali terminu hu perentorju.

Mill-atti tal-process ma jirrizultax illi l-permess ghall-appell inghata mill-Qorti waqt seduta “bil-miftuh”. Anzi, l-indikazzjonijiet huma li dan inghata kameralment. Jidher evidenti, allura, li l-procedura segwita mill-ewwel Qorti kienet wahda irritwali. Dan, ankorke, il-permess inghata skond il-forma appartenenti ghad-digrieti minn Qortiu hu dotat minn vis decisoria.

Fil-fehma ta din il-Qorti, la l-provvediment moghti mill-ewwel Qorti mhux skond ir-rit dettat fl-Artikolu 231 (1) tal-Kapitolu 12, l-istess ghandu jitqies null bil-konsegwenti nullita` ta' l-atti successivi li saru bis-sahha tieghu.

Ghaldaqstant din il-Qorti qed tiddeciedi illi d-digriet moghti mill-ewwel Qorti li awtorizza li jsir appell minn sentenza in parte hu irritwali billi ma nghatax f' udjenza “bil-miftuh” skond l-Artikolu 231 (1), Kapitolu12. Tastjeni fic-cirkustanzi u ghal din ir-raguni milli tiehu konjizzjoni tal-mertu ta' l-appell utordna li l-atti jigu trasmessi lura lill-ewwel Qorti biex din tiehu konjizzjoni tar-rikors tas-socjeta` konvenuta u tiddisponi minnu skond il-ligi u dawk tal-konsiderazzjonijiet f' din is-sentenza maghmula. L-ispejjez tal-prezenti appell jibqghu bla taxxa bejn il-partijiet.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info