Reference: 112/1994/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
ATTARD LAWRENCE ET NOE vs DIRETTUR TA' L-ALLOKAZZJONI SOCJALI ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
ATT DWAR ID-DJAR, BDIL TA` CIRKOSTANZI WARA L-HRUG TA` ORDNI TA` REKWIZIZZJONI - ATT DWAR ID-DJAR, DRITT TAS-SID GHAL KUMPENS GHALL-OKKUPAZZJONI - ATT DWAR ID-DJAR, NUQQAS TA` TIGDID TA` - ATT DWAR ID-DJAR, RIKONOXXIMENT TAL-OKKUPANT - ATT DWAR ID-DJAR, VALIDITA` TA` ORDNI TA` REKWIZIZZJONI
Summary
Il-Kap 125, l-Att dwar id-Djar, jipprovdi proceduri precizi dwar x'kellu jsir mis-sid biex tigi kontestata l-validita' ta' ordni ta' rekwizizzjoni. Il-poteri tad-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Socjali huma arginati biss bl-artikolu 3(1) tal-Kap 125 u kien biss jekk is-sid jirnexxilu jissodisfa lill-Qorti illi r-rekwizizzjoni ma kenitx mehtiega jew xierqa fl-interess pubbliku biex tipprovdi akkomodazzjoni ghan-nies fejn jghammru, jew biex jigi zgurat li kien hemm tqassim xieraq ta' postijiet fejn wiehed jista' jghammar illi s-sid jista' jottjeni dikjarazzjoni gjudizzjarja illi d-Direttur ikunagixxa oltre l-poteri tieghu.

Bdil fic-cirkostanzi wara l-hrug ta` ordni ta` rekwizizzjoni validu ma jeffetwawx il-validita` ta` dak l-ordni, imma se mai ikunu validi biex is-sid jottjeni ordni ta' zgumbrament mill-fond jekk u meta jaghzel li tirrikonoxxi lill-okkupant bhala inkwilin tieghu.

Mhux korrett li jinghad illi ordni ta' rekwizizzjoni taqa' jekk il-ligi li tahtha tkun gietemessa, ma tigix imgedda. Anke jekk l-Att dwar id-Djar ma kienx gie mgedded wara t-13 ta' Frar, 1992, dan ma kienx ifisser li kull ordni ta' rekwizizzjoni li nharget qabel dik id-data ma kenitx tibqa' fis-sehh sakemm id-Dipartiment jidhirlu li tali ordni kien hemm htiega ghaliha. Biex il-ligi jkollha tali effett, kien jehtieg li jkun hemm disposizzjoni revokatorja ad hoc. Altrimenti l-azzjonijiet mehuda taht dik il-ligi jibqghu regolati bil-provvedimenti taghha. L-istess, anke l-fatt li l-Att III tal-1995 stabilixxa li ebda rekwizizzjoni gdida ma setghet tohrog minn dakinhar 'il quddiem,bl-ebda mod ma kien jaffettwa l-validita' jew l-effikacja tar-rekwizizzjonijiet li nhargu qabel magiet fis-sehh dik il-ligi.

Jekk is-sid ta` fond rekwizizzjonat jonqos milli jirrikonoxxi l-okkupant tal-fond hu ma jkollu ebda rapport guridiku mieghu u ma jkollu ebda dritt ghal kumpens ghall-okkupazzjoni minghandu. Sid il-fond ikollu biss dritt kontra d-Direttur ta' l-Akkomodazzjoni Socjalighall-hlas ta' kumpens dovut ghall-okkupazzjoni kosegwenzjali ghall-hrug ta' l-ordni ta' rekwizizzjoni valida.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info