Reference: 526/2003/1

Judgement Details


Date
28/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
SALIBA JOSEPH vs IS-SINDKU, KUNSILL LOKALI SAN PAWL IL-BAHAR ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; LUCRUM CESSANS U DAMNUM EMERGENS
Summary
L-attur kien ghaddej fi Triq San Pawl meta waqa' minn fuq il-bankina li kienet xi tlett piedi ‘l fuqmit-triq u gie imtajjar minn mutur u spicca operat l-isptar. L-attur ighid li huwa ma kellux ma x'hiex izomm huwa hu niezel ghaliex ma kien hemm l-ebda ilqugh bhal xi railing nonnostante id-differenza fil-livell bejn it-triq u l-bankina. Il-konvenut Awtorita ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed ighid li mhux responsabbli ghal dan l-incident ghaliex l-incident sehh tort uniku ta' l-istess attur u li hija dejjem qdiet l-obbligi taghha imposta mil-ligi. Filwaqt li l-konvenuti Is-Sindku u Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Bahar qed ighidu li ma humiex responsabbli ghall-incident mertu tal-kawza odjerna.

Meta enti pubbliku jigi afdat bi u fil-fatt iwettaq progett pubbliku ta' certu kobor (bhax-xoghlijiet li kienu qed isiru fit-triq fejn sehh l-incident mertu tal-kawza) huwa mistennili, bhal fil-kaz ta persuna privata, hija tuza l-prudenza, ghaqal u hsieb ta' missier tajjeb tal-amilja kif stabbiliti mill-Artikolu 1032 tal-Kodici Civili. Din ir-regola tghodd f'kull parti mit-twettiq tal-attivita pubblika, jigifieri kemm waqt it-twettiq innifsu tal-progett li jkun, kemm waqt il-process ta' manutenzjoni u kif ukoll fl-istadju tal-vigilanza u tal-kontroll.

Meta l-parti mixlija bi hsara tghid li ma kinitx tahti minhabba l-accident jew minhabba l-forza magguri, jaqa fuqha l-piz li tipprova dawk ic-cirkostanzi. Dan il-piz ma jitwettaqx jekk dak li jkun joqghod biss fuql-iskuza li ma riedx jaghmel hsara u li ma kellux mala fidi.

Mill-provi prodotti ma jirrizultax li l-konvenut Kunsill Lokali naqas f'xi doveri tieghu u li l-incident in kwistjoni fejn weggal-attur sehh tort tieghu. Ghaldaqstant, l-Ewwel Qorti, filwaqt li tiddikjara li l-incient ma sehhx tort uniku tal-konvenuti, qieghda tichad t-talba attrici ta' ‘lucrum cessans' u ‘damnum emergens'.

L-appell ta' l-attur fil-kontestazzjoni tas-sentenza hu fis-sens illi l-Ewwel Qorti kienet skorretta fl-evalwazzjoni tal-fatti u dan wassalha ghal konkluzjoni zbaljata. Anke f' dan l-istadju l-attur ikompli jishaq illi s-sinistru li fih sofra lezjonijiet personali kien dovut ghall-fatt illi l-bankina minn fejn waqa' ma kellhiex “railing” jew ilqugh xort' ohra ghall-iskansar tal-perikolu.

Jikkonsegwi minn dan illi f' certi kazijiet, u dan prezenti hu wiehed minnhom, il-kondotta tad-danneggjat tista' ggib l-eskluzjoni tar-responsabilita` ta' l-allegat danneggjant meta din titqieghed bhala l-kawza unika u esklusiva ta' l-event dannuz. Dan, ukoll, ghaliex tali kondotta tippriva minn efficjenza kawzali l-imgieba omissiva precendenti attribwita lill-persuna denunzjata bhala l-awtur li kkawza d-dannu.

Gjaladarba, anke din il-Qorti ta' l-Appell ma ssibx li kien hemm ebda legam kawzali ma' xi ghemil kolpuz tal-konvenuti, u lanqas ebda element ta' xi kontributorjeta` minnhom ghall-event li sehh, l-aggravju ta' l-appellanti ma jistax jigi favorevolment milqugh. Ghaldaqstant din il-Qorti ta' l-Appell tichad l-appell u tikkonferma s-sentenza appellata, bl-ispejjez jitbatewmill-attur appellanti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info