Referenza: 500/1995/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
09/10/2001
Qorti
CONSTITUTIONAL
Ġudikatura
AGIUS CARMEL A., ARRIGO NOEL V., CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
MCKAY PAUL vs KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DISKREZZJONI TAL-QORTI F`KAZ TA` NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, NON EZAWRIMENT TA` RIMEDJI ORDINARJI
Fil-Qosor
Jekk ir-regola tan-non ezawriment tar-rimedji ordinarji tista' titqies li hi, nehhi eccezzjonalment,wahda prattikament assoluta fir-rigward tar-rimedju taht il-Konvenzjoni Ewropeja, specjalment fil-kuntest tad-dritt ta' rikors quddiem il-Qorti, mhux l-istess jista' jinghad fir-rigward ta' l-applikazzjoni ta' dak il-principju ghar-rimedju taht il-Kostituzzjoni.

Il-Kostituzzjoni imkien matesigi, la espressament u lanqas implicitament, li r-rimedji disponibbli taht xi ligi ohra kellhomnecessarjament ikunu gew ezawriti biex il-Qorti fil-gurisdizzjoni taghha kostituzzjonali tkun tista'tiehu konjizzjoni tal-mertu. Waqt illi ghandu ikun ovvju illi r-rikors li lill-Qorti Kostituzzjonali in tutela ta' allegat ksur ta' dritt fondamentali jew theddida tieghu, kellu bhala regola ikun l-ahhar tarka ta' protezzjoni gudizzjarja ghal dan id-dritt - u f'dan is-sens hi korretta l-gurisprudenza kostanti - id-dritt ghar-rimedji kostituzzjonali ma huwa bl-ebda mod soggett ghal din il-kondizzjoni.

Il-fatt li skond il-Kostituzzjoni, il-Prim'Awla tal-Qorti Civili ghandha d-diskrezzjonili taghzel li ma tiddeklinax li tezercita s-setghat taghha nonostante kienet sodisfatta li mezzi xieraq ta' rimedju ta' l-allegat ksur kienu jew ghadhom disponibbli favur ir-rikorrent taht xi ligi ohra, hu ndikattiv mhux biss l-Kostituzzjoni tqis rilevanti l-ksur tal-jedd fondamentali fih innifsu umhux ir-rimedju jew rimedji accessibbli ghall-parti leza, imma wkoll li ma tqisx dikjarazzjoni ta'l-ezistenza ta' dak il-ksur jew ta' theddida tieghu dipendenti mill-fatt jekk kienx jezisti jew lerimedju biex jigi rettifikat taht xi ligi ohra.

In-non-ezawriment tar-rimedji ordinarji mhuxeccezzjoni formali stante li l-Qorti tezercita diskrezzjoni jekk taghtix rimedju jew le biss jekk umeta jirrizulta rimedju iehor effikaci kontra l-allegat ksur ta' dritt fondamentali. Il-principjukostituzzjonali huwa illi l-Qorti Kostituzzjonali hija marbuta li taghti u ghandha taghti rimedju hlief fejn tkun sodisfatta li ma jkunx hemm rimedju xieraq u adegwat taht xi ligi ohra. Pero' mhux eskluz li taghti wkoll rimedju kostituzzjonali fil-kazijiet fejn jirrizultalha illi r-rikorrent kelluwkoll xi rimedju taht xi ligi ohra.

Huwa evidenti mill-kliem ta' l-artikolu 46 (2) tal-Kostituzzjoni illi r-rimedju li ghalih hemm riferenza huwa dak ir-rimedju li seta' ma kienx ghadu ezistenti meta tigi istitwita l-azzjoni kostituzzjonali imma li kienet disponibbli fi kwalunkwe kaz ghar-rikorrent f'xi zmien antecedenti u r-rikorrent ma jkunx ghamel uzu minnu. Ghalhekk jekk ir-rikorrent seta` appella minn decizjoni tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar sabiex jikseb ir-rimedju li jkun qedifittex kostituzzjonalment, hu jitqies li ma jkunx ezawrixxa r-rimedji kollha li setghu kienu disponibbli lilu jekk jonoqs milli jappella.

Il-fatt tan-non uso tar-rimedju ordinarju ut sic, u indipendentement, mhux necessarjament dejjem u f'kull kaz u b'mod assolut ghandu jwassal lill-Qorti li tkun li tiddeklina li taghti rimedju. Jista' jkun hemm kazijiet fejn il-Qorti nonostante l-fatt illi ma kienx hemm uzu tar-rimedju ordinarju xorta ma tiddeklinax li tiehu konjizzjoni tal-ilment kostituzzjonali u taghti rimedji kif effettivament gieli gara f'kazijiet li verament huma rari, imma li jezistu specjalment meta jirrizulta jew li r-rimedju fi kwalunkwe kaz ma kienx ikun effettiv jew inkella meta c-cirkostanzi tal-kaz kienu tali li jirrikjedu azzjoni mmedjata u li r-rikors ghar-rimedju ordinarju seta' ikun tali li jaggrava s-sitwazzjoni u l-vjolazzjoni tad-dritt fondamentali.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni