Reference: 6/2007

Judgement Details


Date
09/01/2008
Court
OF APPEAL (CIVIL, INFERIOR)
Judiciary
SCIBERRAS PHILIP
Parties
ATTARD SERVICES LIMITED NOE vs AWTORITA' TA' MALTA DWAR IR-RIZORSI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
APPELL; APPLIKAZZJONI GUSTA U ADEGWATA TAL-LIGI TA L-EU - APPELL; FTUH TA KOMPETIZZJONI FEJN HEMM MONOPOLJU NATURALI
Summary
It-talba ta' l-esponenti hija li jinghataw access ghall-infrastruttura essenzjali ta' l-Enemalta litintuza ghall-jet fuel u li tinsab kemm fl-ajruport ta' Malta kif ukoll barra l-parametri ta' l-ajruport, cioe', mill-jetty tal-port sa' l-ajruport stess. Dan sabiex ikunu jistghu jipprovdu s-servizzta' refuelling ta' l-ajruplani fil-parametri ta' l-ajruport ta' Malta wara sejha ghall-offerti li huma rebhu fl-2004 mill-Malta International Airport (MIA) plc sabiex ikunu t-tieni operatur ta' refuelling fl-ajruport.

Fid-decizjoni taghha 02/ED tad-9 ta' Gunju 2005, l-MRA ma laqghhetx it-talba ta' l-esponenti ghall-access ghall-infrastruttura msemmija u lanqas stabbiliet kundizzjonijiet cari u mhux-diskriminatorju ghall-access ghal din l-infrastruttura. Minflok, kull ma ghamlet kien li stiednet lill-esponenti u lill-Enemalta sabiex jinnegozjaw flimkien kundizzjonijiet ghal access u stednithom ukoll, occorrendo, jaghtuha mandat sabiex tifissa hija stess il-hlas (charge) ghall-access. Dawn in-negozjati ma wasslu ghal xejn.

Fit-22 ta' Settembru 2005, l-esponenti intavolaw appellmid-decizjoni ta' l-MRA quddiem l-Onorabbli Bord ta' l-Appell permezz ta' nota ta' l-appell. L-esponenti talbu lill-Onorabbli Bord ta' l-Appell joghgbu jannulla, jwaqqa u jbiddel id-decizjoni li waslet ghaliha l-MRA, filwaqt li jilqa' t-talbiet ta' l-esponenti, inter alia, billi jordna illi jinghataw access ghall-infrastruttura ta' l-Enemalta u jordna li jittiehdu dawk il-mizuri kollha necessarjibiex dan isehh fi zmien qasir u perentorju.

Dan il-kaz ser jistabbilixxi precedent fil-kazistika Maltija ghaliex qed jitratta l-ftuh ghall-kompetizzjoni ta' kamp fejn ghad ghandna monopolju naturali u fejn l-Awtorita` responsabbli naqset milli tagixxi kif mitlub mill-ligijiet diversi.

Dan il-kaz ser johloq precendent anki fis-sens illi hawn si tratta ta' l-applikazzjoni gusta u adegwata tal-ligi ta' l-Unjoni Ewropeja. Hemm diversi ligijiet Ewropej u gurisprudenza citati u la darbal-MRA injorathom, issa sta ghall-Onorabbli Bord biex jaghtihom effett. Ghaldaqstant, din se tkun decizjoni taht l-iskrutinju ta' l-istituzzjonijiet Ewropej relevanti.

Il-Bord isib illi il-prezz kwotat mill-Enemalta huwa prima facie eccessiv, abuziv u jikkostitwixxi "entry barrier" ghall-appellant, u meta l-Awtorita` ippermettietu, din naqset mid-doveri taghha taht l-artikolu 4 biex tizgural-interkonnessjoni tas-servizzi kif ukoll illi tizgura l-kompetizzjoni gusta. Dan kollu jikkostitwixxi illegalita' materjali, kif ukoll nuqqas ta' ragjonevolezza u ta' proporzjonalita' fid-decizjonita' l-Awtorita`.

Ghaldaqstant il-Bord, filwaqt li laqa' l-appell interpost mill-appellanti, annulla d-decizjoni ta' l-Awtorita`. Il-prezz kwotat mill-Korporazzjoni Enemalta huwa "a constructiverefusal to grant access" billi huwa prima facie eccessiv u diskriminatorju, jew inkella qed jghaddiinefficjenzi tal-Korporazzjoni ingustament fuq l-appellanti, idderiega lill-Awtorita` ta' Malta Dwar ir-Rizorsi, sabiex, minnufih tordna lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex din tipprezenta "segregatedaccounts" li juru x'inhuma l-ispejjez veri konnessi ma' l-infrastruttura in kwistjoni, tikkompara dawn l-ispejjez ma operazzjonijiet simili f' pajjizi ohrajn, partikolarment pajjizi zghar, tordna lifl-istess zmien il-Korporazzjoni Enemalta taghti kull gustifikazzjoni dettaljata dwar il-prezz minnha s'issa mitlub, u tidderiegi lill-istess Awtorita` li tistabilixxi il-prezz gust ta' din l-operazzjoni, u taghti ragjunijiet dettaljati lill-partijiet li jispjegaw id-decizjoni taghha.

Imbaghad wara li tkun hadet kont ta' din l-informazzjoni hekk migbura, tasal biex hi stess, jew xi entita'ohra kompetenti fil-qasam finanzjarju/ekonomiku ghan-nom taghha, twettaq fi zmien tliet xhur wara litkun ingabret l-informazzjoni imsemmijja, l-imsemmi l-Analysis of the cost-based and pricing structure of the Aviation Fuel Operations u tistabilixxi il-prezz gust ghas-servizzi mitlubin mill-Appellant sabiex dan ikun jista' jibda' jopera bhala it-tieni operator fit-tqassim tal-fuel ghall-avjazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

L-Awtorita' intimata appellat minn din id-decizjoni.Din il-Qorti tal-Appell rrespingiet l-appell ta' l-Awtorita` u kkonfermat d-decizjoni tal-Bord ta'l-Appelli dwar ir-Rizorsi moghtija fil-21 ta' Frar, 2007.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info