Reference: 482/1988/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., DE GAETANO VINCENT
Parties
BOOKER ALEXANDER NOE vs CAMENZULI JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
KJAMATA FIL-KAWZA, SKOP TA` - SERVITU`, KREAZZJONI PERMEZZ TAL-PRESKRIZZJONI AKKWIZITTIVA - SERVITU`, MERA TOLLERANZA - SERVITU`, META L-FOND DOMINANTI MA JKUNX OKKUPAT MIS-SID - SERVITU`, META L-FOND SERVJENTI MA JKUNX OKKUPAT MIS-SID - SERVITU`, META TIGI KREATA MINN PERSUNA B`TITOLU TEMPORANEJU
Summary
It-terza persuna imsejha fil-kawza ghandha tigi notifikata bic-citazzjoni jew bir-rikors skond il-ligi u ghall-finijiet kollha titqies bhal kull konvenut iehor u bhala tali ghandha l-jedd li tipprezenta kull skrittura, li taghti kull eccezzjoni u li tinqeda b'kull beneficcju iehor li l-ligi taghti lill-konvenut u tista' skond ic-cirkostanzi tigi mehlusa u kkundannata daqs li kieku mill-ewwel il-kawza kienet proposta kontra taghha. Il-kjamata fil-kawza allura kienet qeghda fl-istess posizzjoni bhal kull konvenut iehor u msejha biex tirrispondi ghat-talbiet attrici.

L-istitut tal-kjamatafil-kawza jaqdi diversi funzjonijiet procedurali, principalment:

(a) dak li jintegra gudizzju fejn ikun hemm diversi konvenuti li jkollhom jigu mharrka u xi whud minnhom jithallew barra.

(b) Dak li jissalvagwardja d-drittijiet ta' min ikun indirettament interessat fl-ewwel azzjoni gudizzjarja u li aktarx ggib warajha azzjoni ohra bhala konsegwenza taghha.

Servitu' kontinwa tista' tigi mnissla "bil-preskrizzjoni jekk il-fond li fuqu tigi ezercitata jista' jinkiseb bil-preskrizzjoni". Dan ma jistax japplika ghall-kaz fejn is-servitu kontinwa kienet tigi ezercitata b'semplici tolleranza.

Jekk il-gar jidhirlu li ma jistax jittollera aperturi li jaghtu ghal fuq il-fond tieghu ghaliex bihom ihoss suggizzjoni, ghandu dritt jitlob l-gheluq taghhom; infatti jekk l-aperturi qeghdin b'tolleranza u mhux bi dritt, ikun kontro-sens illi jekk il-vicin ma jridx izjed jittollerra, l-Qorti ma taghtihx protezzjoni.

Sabiex tinkiseb servitu' bil-preskrizzjoni hu mehtiegil-pussess ghal zmien tletin sena mill-anqas imma fil-kalkolu ta' zmien li damet tigi ezercitata s-servitu' ma ghandux jinghadd zmien li fih is-servitu' li mhiex akkwistata b'titolu kienet ezercitatawaqt li l-fond (servjenti) kien uzufruwit jew detenut b'titolu ta' lokazzjoni ghax is-servitu' li l-uzufruttwarju jew l-inkwilini ihallu li tigi ezercitata ma tippregudikax lis-successuri tan-nuda proprjeta u lis-sid la darba dik is-servitu' ma kenitx tezisti bis-sahha ta' titolu.

L-inkwilinma jistax johloq servitujiet fuq il-fond mikri ghandu, u mat-tmiem tal-lokazzjoni sid il-post jista' dejjem jesigi li l-bieb jerga' jinbena, u b'hekk jitnehha.

Ebda servitu' li c-censwalist,l-uzufruttwarju jew il-kerrej ikunu hallew li tigi ezercitata fuq il-fond, minghajr ebda titolu likien jezisti minn qabel, ma tkun ta' hsara ghall-padrun dirett jew ghas-sid ta' dak il-fond, ikun kemm ikun iz-zmien li fih is-servitu' tkun giet ezercitata.

Dan ma jeskludix il-possibilita' illi c-censwalist, l-uzufruttwarju jew il-kerrej tal-fond servjenti jippermettu li tigi ezercitata servitu' fuq il-fond fil-pussess taghhom minghajr ebda titolu li kien jezisti minn qabel.

Il-ligi ma tghidx li l-enfitewta ma jistax jikkreja s-servitu' fuq il-fond enfitewtiku pero' f'dan il-kaz la darba l-enfitewsi a differenza mill-proprjeta' hija soggetta ghall-estinzjoni, hekk ukoll bl-istess mod is-servitu tkun mill-bidu nett ta' natura temporanja u ghalhekk tispicca mal-koncessjoni enfitewtika.

Fejn is-servitu' kontinwa tkun imnissla bis-sahha ta' persuna li kienet qed tiddetjeni l-fond b'titolu ta' enfitewsi, kienet din il-persuna li kellha bil-ligi l-limitazzjoni taz-zmien sa meta setghet tikkoncedi tali servitu', jigifieri sa fejn u sa meta setghet timponi l-piz li tali servitu kien jimporta favur il-fond dominanti b'mod li ma jigux ippregudikati l-jeddijiet tad-direttarju. Hu f'dan il-kuntest li kellhom jigu interpretati l-artikoli 465 u 488 tal-Kodici Civili.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info