Reference: 1162/1994/1

Judgement Details


Date
05/10/2001
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
SAID PULLICINO JOSEPH, FILLETTI JOSEPH A., DEPASQUALE FRANCO
Parties
ATTARD JOSEPH ET vs BALDACCHINO PAUL ET, JOSEPH ATTARD ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
BUON VICINAT, PARAMETRI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, LIMITI TA` - DRITT TA` PROPRJETA`, RESTRIZZJONIJIET FUQ - INTERESS GURIDIKU, KONTESTAZZJONI TA` PERMESS JEW LICENZJA KONCESSI LIL TERZ - INTERESS GURIDIKU, TUTELA TA` DRITT
Summary
Il-principju qui suo iure utitur non videtur damnum facere necessarjament jimplika illi fl-esercizzju tal-jeddijiet legittimi tieghu, wiehed seta' jimpingi fuq l-attivita' ta' haddiehor u anke tikkrejalu hsara jew inkonvenjent. Il-principju mbaghad illi l-proprjeta' tinkludi l-jeddijiet "utendi etabutendi" wkoll necessarjament ifisser illi fl-esercizzju ta' dak id-dritt wiehed seta' jigi in konflitt mad-drittijiet ta' haddiehor u ma kienx eskluz illi fl-uzu li wiehed jaghmel mill-proprjeta' tieghu jarreka wkoll hsara lil terzi. Hsara li ma jkunx responsabbli ghaliha jekk dak l-uzu jkun legittimu.

Fil-kuntest tal-interess guridiku, it-terminu gjuridiku kien jimporta mhux biss interess personali u attwali fil-mertu imma kellu wkoll ikun tali li jissarraf fi pretensjoni ta' esercizzju ta' dritt kontra l-persuna citata. Dritt azzjonabbli, illi kif hu risaput, kellu parametri diversi sew fil-kamp tad-dritt privat u sew f'dak pubbliku.

Is-semplici terminu "interess" li jirrikorri fil-Kodici tal-Organizazzjoni u Procedura Civili gie fil-gurisprudenza kwalifikat bhala "interess guridiku", u din l-addizzjoni, intiza biex tippreciza l-kuncett, fir-realta' ikkomplikatu. Certament pero' l-ewwel u l-aqwa interess guridikament ammissibbli huwa dak li kull persuna ghandha jigifieri li titlob li fil-konfront taghha ssir gustizzja jew inkella li tikkoregi ingustizzja kommessa fil-konfront taghha. Dejjem fil-kamp tad-dritt privat; fil-kazijiet konformi biss fil-kap tad-dritt pubbliku. Fl-awturi u fil-gurisprudenza hafna drabi fl-interess kien jigi komparat mal-utilita'imma dawn kjarament mhumiex sinonimi u allura dahal ukoll l-uzu tal-kuncett ta' utilita' guridika proprju biex titnaqqas id-divergenza taz-zewg konnotazzjonijiet u b'hekk bdew jintuzaw l-espressjonijiet interess guridiku u utilita' guridika.

Il-ligi tirrikonoxxi lill-proprjetarju d-dritt li jaghmel uzu liberament mill-fond tieghu u li jaghmel fih dawk il-modifikazzjonijiet li jidhrilu li jkunu ta' konvenjenza anke meta b'dan ikun qieghed jippriva lill-gar minn xi vantagg li kellu purche'ma jikkawzax b'daqshekk lill-vicin molestja gravi.

Il-vicin jista' jagixxi fuq molestja bissmeta din tkun gravi u mhux facilment tollerabbli.

Xejn ma jiswa' il-fatt li dak li persuna taghmel taghmlu bil-permess tal-Pulizija ghaliex il-Pulizija taghti dak il-permess ghax ikun rikjest skond il-ligi imma minghajr ma tirrendi ruhha responsabbli tal-ghemil minnha awtorizzat u minghajr matiggarantieh.

L-interess guridiku tat-terz allura ma jemanix mill-fatt illi l-awtorita' pubblika tkun ikkoncediet jew ma kkoncedietx licenzja jew permess lill-vicin biex jaghmel dak li ghamel.Jemani biss f'dawn ic-cirkostanzi mill-fatt tal-molestja, in-natura, l-entita' u l-gravita' taghha. Hemm allura distinzjoni netta fix-xorta ta' azzjoni proposta bejn dik illi tattakka r-regolarita'tal-hrug tal-permess moghti lil terz mill-awtorita' pubblika u li allura teradika d-dritt tal-atturunikament fuq il-fatt illi tali permess ikun gie irregolarment emess u l-azzjoni bazata fuq il-molestja gravi illi tintitola lill-attur illi jagixxi biex jillimita t-tgawdija mil-vicin tal-proprjeta'da parti tal-vicin u konsegwentement tirrendi wkoll il-licenzja bhala wahda inikwa li kellha tigi inficjata. F'azzjonijiet ta' din ix-xorta kif l-ghoti ta' permess lill-vicin ma kienx neccessarjament jissanzjona u jiggustifika kwalunke molestja anke jekk tkun gravi fir-rigward tat-tgawdija tal-vicin tal-proprjeta' tieghu, daqstant iehor in-nuqqas ta' ghoti ta' permess mehtieg mill-awtorita' jewl-ghoti irregolari ta' tali permess ma kienx wahdu jirrendi l-esercizzju ta' dritt ta' proprjeta' lijikkawza molestja lit-terz bhala wiehed abuziv. F'dan it-tieni kaz allura, in-nuqqas ta' permess jew l-ghoti ta' permess irregolari kellu biss rilevanza bhala prova biex tigi apprezzata l-gravita' tal-molestja allegata.

Fejn il-ligijiet u r-regolamenti li tahthom kien jinghata l-permess minn awtorita' kompetenti kienu joholqu servitujiet ai termini tal-artikolu 400 tal-Kodici Civili, allura hemm kien jorigina wkoll dritt ta' azzjoni mill-ezistenza ta' dik is-servitu' hekk krejata u mill-esercizzju taghha.

Il-kontestazzjoni ta' licenzja ossia permess validu, almenu apparentamentu certament ghad-detentur taghha, ma jistghax fil-fehma tal-Qorti tigi ut sic kontestata mit-terz li ma kien bl-ebda mod parti fil-process tal-ghoti tal-licenzja u li, kif inghad, strettament la setghet tiggjovah u lanqas tiggravah.

Dan wassal lill-Qorti ghall-konkluzjoni illi l-interess guridiku tal-appellati fil-mertu taht ezami seta' biss jigi eradikat mill-kostatazzjoni tal-molestjagravi allegatament sofferta bl-agir tal-appellanti fl-esercizzju tal-licenzja lilu moghtija u ma setax ikun eradikat kif propost fl-azzjoni, unikament abbazi tal-fatt illi l-permess moghti mill-awtorita' kompetenti kien wiehed allegatament irregolari. Dan naturalment ma kienx ifisser illi l-appellati ma setghux jittantaw mezzi ohra kif jikkontestaw l-abbuzivita' tal-permess rilaxxjat mill-awtorita' pubblika pero' dan certament mhux tramite l-azzjoni maghmula fit-termini kif proposta.

Anke jekk ghall-grazzja tal-argument zvilupp ma jsirx in konformita' mal-premessi li hareg id-Dipartiment kompetenti, dan di per se ma jippregudika bl-ebda mod id-drittijiet ta` xi terz. Biex ikun jistajinghad li t-terz ghandu l-interess guridiku rikjest hu ghandu jibbaza` l-azzjoni tieghu fuq allegata molestja u l-gravita' taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info