Referenza: 2328/1998/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
05/10/2001
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
SAID PULLICINO JOSEPH, AGIUS CARMEL A., CAMILLERI JOSEPH D.
Partijiet
CAMILLERI NAZZARENO vs BUHAGIAR JOSEPH
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ACTIO SPOLII, ELEMENTI TA` - ACTIO SPOLII, IBBAZATA FUQ IL-MERA DETENZJONI - ACTIO SPOLII, KWISTJONIJIET LI JISTGHU JIGU KONSIDERATI MILL-QORTI
Fil-Qosor
F'azzjoni ta` spoll ma hemmx bzonn li l-attur jipprova li l-attur jipprova li ghandu pussess b'titolu ta' proprjeta' jew ta' servitu imma hu bizzejjed pussess kwalunkwe anke purament materjali u "di fatto". Ghall-actio spolii l-ispoljant ma jistax jirrispondi in difesa li dak li ghamel kien att legittimu ghaliex l-indagini tal-legittimita' jew le hija rizervata lill-gudizzju petitorju. Il-ligi tipprojbixxi kull eccezzjoni jekk din mhix dilatorja u ghalhekk ebda eccezzjoni perentorja ma hija ammissibbli.

Kwalunkwe att arbitrarju li marte proprio isir kontra l-volonta' tal-persuna spoljata jammonta ghal spoll. Il-vjolenza f'dan il-kaz kienet tohrog mil-fatt li l-konvenut kontra l-volonta' tal-attur possessur agixxa biex jiehu b'forza dritt li hu jippretendi li ghandu (u cioe' li jwaqqaf lill-appellat milli jezercita dritt ta' passagg b'vettura li min-naha tieghu hu kien jippretendi li kellu) meta kellu jirrikorri ghal mezzi ohra biex jirrevendika d-dritt tieghu. Hu ghal dawn is-sitwazzjonijiet li l-ligi tipprovdi l-actio spolii biex tassigura li jigi ripristinat l-ordni socjali u li l-persuna li giet vjolentement spossessata tigi qabel xejn reintegrata fil-pussess taghha,spoliatus ante omnia restituendum.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni