Reference: 40/2007

Judgement Details


Date
14/11/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
XUEREB GEORGE vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
RIMEDJU GUDIZZJARJU ORDINARJU - SMIGH XIERAQ
Summary
Din hija azzjoni dwar allegat ksur ta' jeddijiet fundamentali waqt smigh ta' proceduri kriminali mehuda kontra r-rikorrent.

Il-Qorti tara li r-rikorrent kellu - u ghad ghandu - disponibbli rimedju ordinarju li bih seta' jattakka l-ordni maghmul mill-Qorti tal-Magistrati meta ghazlet li tqabbad lil Joseph Mallia biex jiehu l-marki tas-swaba' u tal-palmi ta' jdejn l-istess rikorrent. Fuq kollox, dak ir-rimedju, li huwa miftuh lil kull parti interessata f'kawza fejn jirrigwarda ordni jew degriet interlokutorju, huwa rimedju li seta' u messu tressaq fi hdan l-istess procediment. Dan ghaliex ir-rikorrent seta' jitlob lil dik il-Qorti biex terga' tirrikonsidra mill-gdid l-ordni taghha u,jekk jaghmel sottomissjonijiet xierqa, kien jista' jikseb ordni “contrario imperio” u, forsi jekk hekk jidher xieraq u mehtieg, il-hatra ta' haddiehor. Fuq kollox, huwa rimedju li dwaru kien ghal kollox fis-setgha tal-Qorti tal-Magistrati li taghti fehma meqjusa, ukoll fid-dawl ta' linji-gwida lillum il-gurnata huma stabiliti u ccarati b'decizjonijiet studjati u konsistenti moghtija mill-oghlaQorti kostituzzjonali kompetenti f'dan ir-rigward.

Il-Qorti taghzel li ma twettaqx is-setghatspecjali taghha fil-kompetenza kostituzzjonali jew konvenzjonali taghha u dan fid-dawl tal-fatt lir-rikorrent naqas li jiehu r-rimedji l-ohra li kellu u ghad ghandu disponibbli ghalih qabel irrikorra ghall-azzjoni kostituzzjonali.

Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li r-rikorrent naqas lijiehu rimedji gudizzjarji ohrajn xierqa biex jistharreg l-ilmenti tieghu u jhares jeddijietu, u ghalhekk taghzel li ma twettaqx is-setghat taghha kostituzzjonali jew konvenzjonali, u tehles lill-intimati milli jibqghu fil-kawza, bl-ispejjez kontra r-rikorrent.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info