Reference: 1994/2000/1

Judgement Details


Date
07/02/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
BENCINI AIC EDWARD vs ZAHRA V. WINSTON
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DEPOZITU - MANDAT TA` SEKWESTRU, SEKWESTRATARJU - SENTENZA, KUNDIZZJONI SOSPENSIVA DWAR L-EZEKUZZJONI TA`
Summary
Illi l-ligi tqis, fost it-titoli esekuttivi, is-sentenzi moghtijin minn dawn il-Qrati, u tissokta tghid li, f'kaz ta' sentenza definittiva li ma jkunx fiha kundizzjoni sospensiva, tkun esegwibbli warajumejn minn dak inhar li tinghata, jekk, fost l-ohrajn, tikkundanna lid-debitur ghall-hlas ta' somma likwida. Hija fis-setgha tal-Qorti li fis-sentenza nnifisha, u minhabba ragunijiet li ma jridux dewmien, tordna li ssir l-esekuzzjoni qabel iz-zmien imsemmi.

Ghalhekk, mil-ligi stess johrogli jista' jkun hemm cirkostanzi fejn sentenza jkollha kundizzjoni sospensiva, fis-sens li l-ewwel tkun trid tigri grajja msemmija fl-istess sentenza qabel ma din tista' tigi esegwita.

Hawnhekkil-konvenut ammetta li kellu jaghti l-ammont mitlub mill-attur. Madanakollu hu kien gie intimat bhala sekwestratarju minn terz sabiex izomm f'idejh kwalsijasi flus li hu kellu jaghti lill-attur. Il-konvenut kien ghadda sabiex jiddepozita l-flus li kellu jaghti lill-attur taht l-awtorita` tal-Qortiminkejja li ma giex interpellat sabiex jaghmel hekk.

Il-konvenut sostna li l-ezekuzzjoni tas-sentenza f'din il-kawza kellha tigi sospiza sakemm tigi determinata l-kawza l-ohra maghmula mit-terzsekwestrant kontra l-attur odjern.

Il-Qorti ikkonkludiet li l-istqarrija tal-konvenut tal-ammont dovut lill-attur kienet indipendenti mill-att tad-depositu nnifsu effettwat mill-konvenut minhabba l-ordni maghmula fil-Mandat ta' sekwestru. Barra minn hekk id-depositu ma seta' bl-ebda mod jitqies bhala t-twettieq tal-obbligazzjoni tal-konvenut lejn l-attur.

Il-konvenut f'din il-kawzama kienx parti fil-kawza l-ohra u ghalhekk, kwalunkwe decizjoni li setghet tittiehed f'dik il-kawza, ma kienetx sejra tibdel il-fatt li huwa kien debitur tal-attur dwar il-kreditu mitlub f'din il-kawza. Ghalhekk il-Qorti sabet li ma kienx hemm ragunijiet tajbin bizzejjed biex tiddeciedi li s-sentenza taghha tkun moghtija taht kundizzjoni dwar l-esekuzzjoni taghha.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info