Reference: 426/00 /AJ

Judgement Details


Date
08/01/2001
Court
CIVIL COURT, FIRST HALL
Judiciary
MAGRI ALBERT J.
Parties
MARTIN AZZOPARDI ET vs ANTHONY CIAPPARA
ECLI
N/A
Judgement Type
NOT AVAILABLE
Linked Case
N/A

Keywords / Summary


Keywords
KOLLIZJONI, PRE-ACCIDENT VALUE TA` VETTURA - KOLLIZJONI, REGOLA TA` PRECEDENZA F`INKROCJU TA` TOROQ - KOLLIZJONI, SINJAL TA` SEWWIEQ IEHOR - KOLLIZJONI, SORPASS - VETTURA, DEPREZZAMENT TA`
Summary
Il-Qorti sostniet li normalment tapplika r-regola ta' precedenza stabbilita fil-Highway Code li jridli kull min jkun hiereg minn triq sekondarja jaghti d-dritta lill-vetturi fit-triq principali. Izdafil-kaz in ezami hemm zewg elementi importanti li jimmilitaw kontra kull precedenza li setgha kellul-konvenut.

Fl-ewwel lok it-traffiku fit-triq principali, konsistenti f'xarabank, kien waqaf u ceda d-dritta tieghu lill-attur. B'dan il-mod kull regola ta' precedenza f'inkrocju ta' toroq ta' importanza inugwali giet sospiza. Ghalkemm sinjal ta' sewwieq iehor mhux direttiva finali, kien mistenni li l-vetturi kollha ta' wara x-xarabank jieqfu u ma jittentawx sorpass billi ukoll, minhabbad-daqs tax-xarabank, il-vizwali ghall-vetturi gejjin minn wara din il-vettura kienet ostakolata ghalkollox.

Fit-tieni lok il-manuvra ta' sorpass tal-konvenut kienet mhux biss perikoluza ghal ahhar izda ukoll kontra kull regola stabbilita ta' sewqan prudenti u dan partikolarment billi l-vizwali tieghu kienet limitata u inoltre kienet tinvolvi li l-konvenut jaqsam il-"continuous white lines" li qatt ma hu permess bir-regolamenti.

Il-pre-accident value ta' vettura hija prettament haga personali u tiddipendi ukoll mill-kondizzjoni tal-vettura in kwistjoni. Barra minn hekk hemm l-forzi tas-suq li jiddettaw l-prezz finali li wiehed jista' jgieb tal-vettura tieghu fl-istat li tkun. Ghalhekk vetturi tal-istess ghamla u l-istess sena jista' jkollhom jew igiebu prezz differenti.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info