Referenza: 42/2006

Dettalji tas-Sentenza


Data
31/05/2007
Qorti
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Ġudikatura
MICALLEF JOSEPH R.
Partijiet
AQUILINA DAVID vs ONOREVOLI PRIM MINISTRU ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Dettalji tal-Appellati


Appellata
Iva

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
ATT IX TAL-2006 - KSUR TA JEDD FUNDAMENTALI - LEGITTIMU KONTRADITTUR - NUQQAS TA INTEGRITA TAL GUDIZZJU
Fil-Qosor
Fi studju analitiku li sar dwar il-procedura “kostituzzjonali”, b'riferenza ghall-portata tal-artikolu 181B tal-Kodici tal-Procedura, inkiteb li “It is difficult to think of any claim which cannot bedirected against a department and it in fact appears that this amendment was inspired by the question of the representation of the Courts, or specifically Judges and Magistrates and those who somehowor other are given the faculty of judging. No other ‘prohibition' of this type seems to exist. Inany case, the Prime Minister is always a legitimate defendant in actions against the government”. Din it-tifsira turi li, f'certi kazijiet, ilment ta' ksur ta' jedd fondamentali jista' jkun indirizzat lejn persuna li la hija kap ta' dipartiment governattiv u lanqas kontra l-Avukat Generali bhala rapprezentant tal-Gvern, imma lejn esponenti iehor tal-Gvern.

Madankollu fl-ahhar xhur sehhet bidla fil-ligi procedurali li ghandha sservi biex titfa' dawl fuq il-kwestjoni tal-legittimu kontradittur f'kaz fejn jigi allegat ksur ta' jedd fundamentali minhabba ligi partikolari. Kemm hu hekk, bis-sahha tad-dispozizzjonijiet tal-Att IX tal-2006, li dahal fis-sehh fis-7 ta' Lulju, 2006, iddahlet dispozizzjoni gdida fil-Kodici tal-Procedura li biha huwa l-Prim Ministru direttament li jinghatas-setgha u l-fakulta' li jagixxi f'kaz fejn xi ligi tkun instabet li tikser xi jedd fundamentali ta'persuna kif imhares fil-Kostituzzjoni jew fil-Konvenzjoni. B'din id-dispozizzjoni gdida, jidher lisaret kjarifika li fi kwestjonijiet li jolqtu s-siwi “kostituzzjonali” ta' xi ligi fis-sehh huwa l-Prim Ministru l-persuna legittima biex tindirizza r-rimedju mehtieg.

In-natura tal-eccezzjoni ta' nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju hija mibnija fuq tliet (3) konsiderazzjonijiet ewlenin, jigifieri (i) fuq il-htiega li f'kawza jiehdu sehem dawk kollha li huma interessati fil-kwestjoni, (ii) li jigi assikurat li l-gudizzju jkun wiehed effikaci, u (iii) li jithares kemm jista' jkun il-principju tal-ekonomija tal-gudizzju. B'dan il-mod, li l-gudizzju jkun wiehed shih ghandu jinteressa aktar lill-parti attrici milli lill-parti mharrka. Lanqas ma jidher li l-eccezzjoni hija bazata fuq xi ezigenza formali, preciza li tindika nuqqas insanabbli.

Is-siwi tal-eccezzjoni tan-nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju jrid tabilfors jitqies fil-qafas tan-natura tal-azzjoni li fiha titqajjemdik l-eccezzjoni. Fil-kaz prezenti, l-azzjoni hija wahda ta' ksur ta' jedd fundamentali. Certament jinghad li l-mizzewgin Raimondo ma jistghu bl-ebda mod iwiegbu ghal wahda mit-talbiet tar-rikorrent - jigifieri dik mahsuba li tiddikjara whud mill-artikoli tal-Att V tal-1995 bhala dispozizzjonijiet li jiksru l-Kostituzzjoni u/jew il-Konvenzjoni - u lanqas ma jistghu jaghtu rimedju f'kaz li l-ilment tar-rikorrent jintlaqa'. Izda ma hemm l-ebda dubju li l-imsemmija mizzewgin Raimondo ghandhom interess haj fil-kwestjoni, u dan minhabba li mill-ezitu tal-kawza tal-lum jiddependi l-mixi 'il quddiem tal-kawza li huma fethu quddiem it-Tribunal kontra r-rikorrent. L-interess taghhom huwa aktar minn dak indirett li kull persuna li llum il-gurnata fethet kawza quddiem l-imsemmi Tribunal jew litharrket biex tidher quddiemu jista' jkollha.

Il-Qorti, madankollu, temmen li biex tista' tistharreg l-ilment imressaq mir-rikorrent, il-gudizzju mhux monk, fis-sens li z-zewg intimati huma kontraditturi legittimi u l-kawza tista' titmexxa kontra taghhom biss. Fi kliem iehor, f'din il-kawzama hemmx l-estremi tal-litiskonsorzju necessarju li jgib in-nullita' tal-procedura kollha fin-nuqqasta' xi parti fil-kawza. In-nuqqas ta' integrita' tal-gudizzju eccepit mill-intimati m'huwiex, ghalhekk, wiehed li jolqot mortalment l-andament tal-kawza fis-sura essenzjali tieghu, u huwa anzi rimedjabbli bl-applikazzjoni ta' ghodda procedurali ohrajn.

L-eccezzjoni trid titqies bhala talbabiex jissejhu fil-kawza l-imsemmija mizzewgin Raimondo, b'zieda mal-intimati li mill-ewwel gew imharrkin. F'kaz bhal dan, il-Qorti ma ssib l-ebda diffikulta' li tordna s-sejha fil-kawza. Ladarba ntwera li dawn il-persuni ghandhom l-interess guridiku fl-ezitu tal-kwestjoni ghall-finijiet tal-artikolu 961 tal-Kapitolu 12, ma ghandu jkun hemm l-ebda diffikulta' li l-Qorti tilqa' t-talba tal-intimati (ladarba ghadhom jinsistu dwarha) biex il-mizzewgin Raimondo jkunu parti fil-kawza.





Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni