Reference: 15/2004/1

Judgement Details


Date
24/05/2007
Court
CIVIL FIRST HALL (CONSTITUTIONAL JURISDICTION)
Judiciary
MICALLEF JOSEPH R.
Parties
AQUILINA VICTOR PRO ET NOE vs L-AVUKAT GENERALI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Appealed Details


Appealed
Yes

Keywords / Summary


Keywords
ARTIKOLU 10 (1) TAL KONVENZJONI TAD DRITTIJIET TAL BNIEDEM - ARTIKOLU 41 (1) TAL KOSTITUZZJONI TA MALTA - LIBELL U MALAFAMA - LIBERTA TAL ESPRESSJONI LI TGAWDI L ISTAMPA - PRIVILEGG LI JHARES IR RAPPORTAGG TA DAK LI JIGRI WAQT IS SMIGH TA KAWZA F QORTI
Summary
Fil-harga ta' The Times tal-21 ta' Gunju, 1995, f'pagna 4, deher artiklu qasir intestat “Lawyer found in contempt of court” . L-artiklu kien jghid li avukat instab hati ta' disprezz mill-Qorti wara li naqas li jidher biex jghin lil klijent tieghu. L-artiklu jfisser li l-avukat - Dottor Tonio Azzopardi, l-intervenut f'din il-kawza - tqies bhala hati ta' disprezz mill-Qorti tal-Magistrati, wara lil-akkuzat (Olaf Cini), klijent tal-istess avukat, qal li l-avukat tieghu naqas li jidher ghalih ghaliex kien ghadu ma thallasx bilanc mill-onorarju li kien talbu jhallsu. L-artiklu jkompli jghid lil-Magistrat qal lill-akkuzat li dik kienet kwestjoni bejnu u l-avukat tieghu, u li l-kawza thallietghal data ohra sabiex, sa dak inhar, l-akkuzat jew ikun qabbad avukat iehor jew jistenna s-sentenza.Fil-harga tal-istess gurnal tal-ghada, 22 ta' Gunju, 1995, ukoll f'pagna 4 deher artiklu iehor intestat “Lawyer not found in contempt of court”. L-artiklu jibda b'cahda ta' dak li qal ir-rapport tal-harga tal-21 ta' Gunju, 1995, ikompli billi jgib kelma b'kelma (f'verzjoni fl-ilsien ingliz) l-bicca l-kbira mill-verbal tas-seduta tal-kawza tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta' Gudikatura Kriminali, u jaghlaq billi juri soghba ghal kull inkonvenjent li seta' ikkawza lill-Avukat Azzopardi.

Dak inhar stess, fit-22 ta' Gunju, 1995, l-Avukat Tonio Azzopardi fetah kawza ta' libell quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Civili kontra r-rikorrenti tal-lum, dwar l-artiklu li deher fil-gurnal lejliet. B'sentenza moghtija fil-5 ta' Novembru, 1999, l-Ewwel Qorti laqghet it-talbiet tal-Avukat Azzopardi u ikkundannat lill-konvenuti jhallsuh solidalment bejniethom tliet mitt lira Maltin (Lm 300) bhala danni, b'limitazzjoni tas-somma dovuta mill-konvenut stampatur. Il-konvenuti (ir-rikorrenti tal-lum) appellaw minn dik is-sentenza. Appella wkoll l-attur (intervenut f'din il-kawza) b'appell incidentali. B'sentenza moghtija fis-27 ta' Gunju, 2003, il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-Ewwel Qorti billi cahdet kemm l-appell ewlieni u kif ukoll dak incidentali. Fil-31 ta'Mejju, 2004, infethet din il-kawza.

Il-konsiderazzjonijiet ta' dritt li jirrigwardaw il-kaz tal-lum iduru kollha mal-istharrig dwar il-parametri xierqa tal-jedd fondamentali tal-liberta' tal-espressjoni li tgawdi l-Istampa fit-twettiq tad-dmirijiet taghha li tinforma lill-pubbliku. Fil-qafasta' dan l-istharrig, il-kaz tal-lum iressaq ukoll il-kwestjoni tal-privilegg li jhares ir-rapportagg ta' dak li jigri waqt smigh ta' kawza f'Qorti. Ir-rikorrenti jilmentaw mill-ksur ta' dan il-jeddtaghhom ghaliex, bis-sentenzi li nghataw kontra taghhom fuq l-azzjoni tal-intervenut fil-kawza, humajqisu li kellhom ihallsu l-prezz talli ezercitaw il-jedd taghhom li jinfurmaw lill-qarrejja taghhomb'dak li sehh waqt smigh ta' kawza accessibbli ghall-pubbliku;

Skond l-artikolu 41(1) tal-Kostituzzjoni hadd ma ghandu jkun imfixkel fit-tgawdija tal-liberta' tieghu tal-espressjoni. Fost il-jeddijiet maghduda mal-imsemmi jedd fundamentali hemm dak li wiehed “jikkomunika idejat u taghrif minghajr indhil (kemm jekk il-komunikazzjoni tkun lill-pubbliku in generali jew lil xi persuna jew klassi ta' persuni)”. Izda ma jitqiesx li tikser jew tkun inkonsistenti ma' dak il-jedd xi ligi li tipprovdi biex jigu protetti r-reputazzjonijiet, drittijiet u libertajiet ta' persuni ohra, jew il-hajja privata ta' persuni li jkollhom x'jaqsmu ma' proceduri legali, hlief safejn dik il-ligi jew dakli jinghad li qieghed isir bis-sahha taghha jintwera li ma jkunux ragonevolment gustifikabbli f'socjeta' demokratika.

Skond l-artikolu 10(1) tal-Konvenzjoni, kulhadd ghandu d-dritt ghal-liberta' tal-espressjoni, liema dritt jinkludi fih il-jedd li wiehed jircievi u jaghti informazzjoni u idejat minghajr indhil mill-awtorita' pubblika. Izda gie mfisser li d-dritt li tikkomunika idejat u taghrif ma jfissirx li wiehed ghandu d-dritt ta' access ghall-mezzi li bihom tali taghrif jista' jixxerred jew jitqassam. Minbarra dan, l-ezercizzju ta' dak id-dritt igib mieghu dmirijiet u responsabbiltajiet u jkun suggett ghal dawk il-formalitajiet, kundizzjonijiet, restrizzjonijiet jew preskritti b'ligi u li jkunu mehtiega f'socjeta' demokratika “ghall-protezzjoni tar-reputazzjoni jew drittijietta' haddiehor”.

Il-Qorti tifhem li r-rwol taghha f'din l-istanza kostituzzjonali m'huwiex wiehed li jhalliha terga' tidhol f'ezami tal-mertu tal-procedura tal-libell ghaliex din il-Qorti ma tistax isservi bhala qorti “tat-tielet appell”. Is-sejbien ta' htija fir-rikorrenti fuq ir-rizultanziu ghar-ragunijiet imsemmija fis-sentenzi msemmija jikkostitwixxu fatt li din il-Qorti fil-kompetenzakostituzzjonali taghha ma tistax terga' tiddibatti. Dak li din il-Qorti tista' taghmel huwa li tqis jekk jirrizultax li l-imsemmija sentenzi jiksru il-jedd tar-rikorrenti ghall-espressjoni hielsa.Dan irid isir billi jitwettaq ezercizzju li jixxiebah ma' wiehed ta' stharrig gudizzjarju biex wiehed jara jekk kemm-il darba tharsux u kinux applikati l-kweziti mistennija fl-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni u fl-artikolu 10 tal-Konvenzjoni.

Ghalkemm il-liberta' tal-espressjoni hija daqshekk importanti, hija wkoll wahda mil-libertajiet l-aktar suggetti ghal-limitazzjonijiet li jaghtu marginimhux illimitat ta' applikazzjoni lill-organi tal-Istat. Min-naha l-ohra, hija l-istess ligi li tridli l-applikazzjoni tal-imsemmija margini, ukoll dik maghmula minn qorti indipendenti u imparzjali,tkun suggetta ghas-supervizjoni u skrutinju tal-organi gudizzjarji konvenzjonali. Il-kejl ewlieni li bih jitqies jekk l-indhil fil-jedd ta' espressjoni hielsa huwiex permess huwa l-kejl tal-proporzjonalita' tal-ghamil li jillimita l-jedd.

Filwaqt li kull ghamla ta' espressjoni, maghmula b'kull mezz mahsub biex ixerridha, tgawdi mill-harsien tal-liberta' ta' espressjoni, il-ligi taghfas hafna fuq il-gustifikazzjoni tal-limitazzjonijiet permissibbli ghall-istess liberta'. Ta' min ifakkar li l-jedd tal-espressjoni hielsa japplika kemm ghall-espressjoni nfisha u kif ukoll ghall-mezz uzat biex ixerridha. Filwaqt li l-istess jedd japplika kemm ghal taghrif (informazzjoni) u kif ukoll ghalidejat jew fehmiet, li mhux mehtieg li jkunu fatti li wiehed jista' jivverifika, ghaliex il-jedd ta' espressjoni hielsa jhares ukoll fehmiet, kritika u spekulazzjoni.

Fil-qasam komunikazzjonibil-mezzi tal-istampa, imbaghad, l-indhil li l-jedd tal-espressjoni hielsa jirreferi ghalih jista' jkun indhil minn awtorita' pubblika wara li jkun sar l-ezercizzju ta' dak il-jedd. Dan jigri fil-kazta' procedimenti kriminali ghall-malafama jew proceduri ta' disprezz jew inkella ghall-procedimentita' ghamla civili f'libell: f'din l-ahhar cirkostanza, kundanni qawwija jew mhux mistennija ta' kumpens ghad-danni f'libelli famuzi minhabba pubblikazzjonijiet tqiesu bhala ksur tal-jedd tal-espressjoni. Fi kliem iehor, huwa ndhil li jnissel il-bizgha f'li wiehed jezercita l-jedd tal-espressjonihielsa ghaliex izomm quddiem ghajnejh il-konsegwenzi li x'aktarx igarrab jekk jaghmel dan.

Il-privilegg “assolut” dwar pubblikazzjonijiet ta' rapporti ta' procedimenti f'Qorti tal-gustizzjaf'Malta huwa wiehed li jimmira li joqtol l-azzjoni tal-persuna li thossha mwegga' b'dak li jinghad.Dan il-privilegg huwa, qabel kollox, wiehed procedurali ghaliex jichad il-jedd ghall-azzjoni f'kazijiet bhal dawk. Imma, fis-sewwa, m'huwiex privilegg ghal kollox procedurali, u lanqas ghal kollox assolut. Dan jinghad ghaliex, minn kliem il-ligi nnifisha, tali privilegg jiddependi minn u huwa kundizzjonat ukoll mill-fatt - li certament jikkostitwixxi materja ta' apprezzament sostantiv lil hinnmill-kwestjoni tal-formalita' tal-azzjoni - li l-pubblikazzjoni ta' tali rapport trid tkun wahda gusta tal-procedimenti.

Dwar il-privilegg jew immunita' minn azzjoni wara pubblikazzjonijietdwar dak li jsehh waqt smigh ta' kawza quddiem Qorti, jinghad li biex rapport jitqies li huwa “rapport gust tal-procedimenti”, m'ghandux ghalfejn ikun kelma b'kelma ta' dak kollu li jkun sar jew inghad waqt is-smigh tal-kaz li jkun. Lanqas ma jitlef il-privilegg li jhaddan jekk kemm-il darba jkun fih xi inezattezzi zghar jew ihalli barra xi hwejjeg ckejknin, sakemm ir-rapport fil-qafas tieghu kollu jkun jaghti stampa cara ta' dak li jkun sehh. Fuq kollox, “where the inaccuracy is of a substantial kind, the report is not privileged although the publisher exercised reasonable care and diligence in endeavouring to ascertain the facts, and though the mistake was an honest mistake”.

Dinil-Qorti fliet sewwa l-atti processwali tal-kawza miftuha kontra r-rikorrenti, ma sabetxejn fihom lijista' jinghad li s-sentenzi impunjati mir-rikorrenti huma l-frott ta' razjocinju irragonevoli jewli jikkastigaw tassew lil min wettaq dmiru u lil min ezercita l-jeddijiet tieghu. Ghaldaqstant din il-Qorti tiddikjara li ma jirrizultax li r-rikorrenti garrbu ksur tal-jedd taghhom ghall-espressjonihielsa kif imharsin taht l-artikolu 41 tal-Kostituzzjoni jew/u l-artikolu 10 tal-Konvenzjoni; u tichad it-talbiet tar-rikorrenti ghall-ghoti ta' rimedji jew ordnijiet jew it-tehid ta' atti u direttividwar l-imsemmija sentenzi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info