Referenza: 672/1992/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
26/04/2007
Qorti
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO, MICALLEF JOSEPH R., CUSCHIERI NOEL
Partijiet
BORG JOSEPH NOE vs BUCKLE NORMAN NOE ET NOE
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Fil-Qosor
Il-process tas-smigh u t-trattazzjoni mill-gdid ta' kawza deciza fih zewg fazijiet: l-ewwel it-tiftix tar-raguni li tista' twassal ghat-thassir tas-sentenza moghtija (in rescindendo); imbaghad, jekkdin ir-raguni tinstab, is-smiegh mill-gdid tal-kawza fl-istadju li tkun waslet fih meta nghatat is-sentenza li tkun twaqqghet (in rescissorio). Sadattant, ix-xoghol ta' din il-Qorti, sakemm tkun ghadha qieghda tqis jekk jezistux ragunijiet tajbin bizzejjed biex thassar is-sentenza attakkata, huwa dak li tara biss jekk kemm-il darba tirrizultax imqar wahda mic-cirkostanzi procedurali mahsubin fl-artikolu 811 tal-Kodici Procedurali. Fl-istadju in rescindendo din il-Qorti m'ghandhiex tgharbel mil-gdid dwar jekk hi taqbilx jew le mal-mod kif il-Qorti tkun waslet ghall-fehmiet taghha fis-sentenzaattakkata.

Dan kollu jingabar taht ir-regola li huwa mixtieq u mehtieg li jkun hemm ic-certezza tad-dritt u fejn kawza tkun inqatghet b'sentenza li tkun ghaddiet f'gudikat din m'ghandhiex titwaqqa' kif gieb u lahaq, imma biss ghal ragunijiet serji u gravi. Dan kollu mbaghad jissejjes fuq il-massima li res judicata pro veritate habetur.

Huwa wkoll principju accettat li l-process ta' ritrattazzjoni ma jservix bhala t-tieni appell, b'mod li taht l-iskuza ta' xi nuqqas procedurali,l-Qorti tkun mistiedna biex terga' twettaq ezercizzju ta' ri-ezami li, fil-fatt, ma jkun xejn aktarminn skrutinju mill-gdid tal-konsiderazzjonijiet diga' maghmula mill-Qorti fis-sentenza li taghha jintalab it-thassir u s-smigh mill-gdid. Dan jghodd ghal kull wahda mill-kawzali mahsubin fl-artikolu811 tal-Kodici.

F'dan il-kaz ir-rikorrenti tiddikjara li qieghda tressaq it-talba taghha tar-ritrattazzjoni fuq il-kawzali mahsuba fl-artikolu 811(l) tal-Kapitolu 12 tal-Ligijiet ta' Malta.Dwar il-kawzali li s-sentenza kienet milquta minn zball li jidher mill-atti (Art. 811(l)), huwa mehtieg li wiehed iqis sewwa x'titlob il-ligi sabiex kawzali bhal dik titqies misthoqqa. Il-ligi titkellem b'mod car dwar liema sura ta' zball irid ikun biex iwassal li sentenza tigi mhassra. Tali zball irid ikun jidher mill-atti jew mid-dokumenti tal-kawza u dan biss fil-kaz li d-decizjoni tkun imsejsa fuq is-suppozizzjoni ta' xi fatt li l-verita' tieghu tkun eskluza ghal kollox jew fuq is-suppozizzjoni li l-fatt ma jezistix. F'kull kaz, il-fatt ma jridx ikun punt kontestat li jkun gie deciz bis-sentenza. Ghal dan il-ghan, l-izball ta' fatt li jaghti lok ghar-ritrattazzjoni jrid ikun wiehedmaterjali, manifest u jirrizulta mill-atti nfushom, ghaliex mhux imholli li jitressqu provi biex jippruvaw tali zball. Minbarra dan, l-izball ma jridx ikun relattiv ghall-kriterji jew karattri li bihom il-fatt ikun gie jew seta' gie mifhum mill-gudikant li ta s-sentenza li qieghed jintalab it-thassir taghha, ghaliex dan m'huwiex zball li johrog mill-atti imma fis-sewwa konvinciment insindakabblital-gudikant.

B'zieda ma' dan, l-izball li jwassal ghat-thassir ta' sentenza u s-smigh mill-gdid tal-kawza irid ikun iddetermina d-decizjoni tal-gudikant fis-sens li kien l-fondament ewlieni tas-sentenza. Ma hemmx lok ghat-thassir tas-sentenza jekk kemm-il darba din, ghalkemm vizzjata minn zball ta' fatt manifest, tkun tista' tigi mod iehor imwiezna b'ragunijiet ohrajn indipendenti minn tali zball. Fuq kollox, ma tithalliex issir ritrattazzjoni fejn il-fatt zbaljat ikun punt li gie ikkontestat u deciz fis-sentenza attakkata.

F'dan il-kaz, r-rikorrenti tghid li l-imsemmi zball johrog car mill-fatt li din il-Qorti nqdiet b'dokument/prospett li kien iddikjarat bhala zbaljat mill-parti nnifisha li ipproducietu u liema prospett, matul is-smiegh kollu tal-kawza, hadd mill-partijiet ma qiesu aktar.

Il-kaz huwa wiehed ta' interpretazzjoni tal-provi akkwiziti, u mhux ta' accettazzjoni ta' fatt li l-atti tal-kawza jichdu bhala wiehed li ma jezistix. Dan jinghad bl-gharfienshih li l-linja bejn l-interpretazzjoni maghmula minn Qorti ghall-fatti li jkollha quddiemha fl-atti processwali u l-apprendiment zbaljat ta' fatt michud bhala effett ta' interpretazzjoni bhal dik hija wahda li mhix haga hafifa biex taghrafha minn qabel u dejjem b'mod distint. Izda, minhabba l-prezunzjoni li s-sentenza li tkun ghaddiet f'gudikat ghandha mis-sewwa, l-ewwel ipotesi ghandha tipprevali sakemm ma tinghatax raguni tajba u qawwija bizzejjed biex wiehed isib li, fil-fatt, ir-rizultatkien l-applikazzjoni tat-tieni ipotesi.

F'dan il-kaz, il-Qorti thoss li ghandu jinghad li d-dokument li r-rikorrenti trid tiskredita bhala “prova falza” kien sostnut b'xhieda guramentata dwaruminn min ressqu. Dik ix-xhieda u dak id-dokument, imbaghad, ghal darb'ohra b'xhieda mahlufa, inbidlu u gew riveduti b'dokumenti ohrajn wara li r-rikorrenti ntebhet li lanqas l-intimati ma kienu semmew certi hlasijiet li hija kienet attribwitilhom originarjament. Il-Qorti hija tal-fehma li ma hemmx lok li s-sentenza impunjata tithassar u li l-kawza tinstema' mill-gdid. Ghaldaqstant din il-Qortiqeghda taqta' u tiddeciedi l-kawza billi tichad it-talbiet tar-rikorrenti.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni