Referenza: 1562/1998/2

Dettalji tas-Sentenza


Data
12/01/2007
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CAMILLERI GINO
Partijiet
VASSALLO CARMELO vs VASSALLO PHILIP ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
SUCCESSJONI, IMMISSJONI FIL-PUSSESS TA` LEGAT
Fil-Qosor
Ghalkemm il-proprjeta ta' legat tghaddi mal-mewt tad-decuius, favur il-legatarju, l-pussess tal-legat hu trasferit lill-eredi u ghalhekk tehtieg it-talba tal-legatarju ghall-pussess tal-legat.

Huwa veru li l-legatarju, fil-konkors ta' certi cirkostanzi, jista jkollu l-pussess legittimu tal-legat avvolja ma kienx hemm domanda formali, kif hu veru li bizzejjed ikun hemm l-assens tal-eredi, lijista ukoll ikun tacitu; pero' dan ifisser biss li, jekk jigi kontestat lill-legatarju l-pussess tieghu, l-legatarju hu ammess jipprova li l-pussess tieghu hu legittimu nonostante li ma jkunx ghamelid-domanda formali ghar-rilaxx tal-pussess, basta jipprova l-kunsens, sia pure tacitu, tal-eredi; imma ma jista qatt ifisser li hi haga prudenti jew konsiljabbli li l-legatarju ma jitlobx formalment dak il-pussess. Anki biex jirrivendika, jekk jinqala l-bzonn, l-oggett tal-legat minn xi terz detentur, id-dottrina prevalenti hi fis-sens li l-legatarju ghandu bzonn li jkun investit bil-pussess qabelma jesercita din l-azzjoni.

Mal-mewt tat-testatur il-legatrju isir il-proprjetarju tal-oggett tal-legat pero' l-pussess jibqa investit fil-persuna tal-eredi. Konsegwentement hi dejjem legittima talba tal-legatarju biex jigi immess fil-pussess tal-legat imholli lilu anki jekk l-istess legatarju jkun gia fil-pussess tal-oggett in kwestjoni. Hu dejjem ahjar li ssir l-immissjoni fil-pussess afavur tal-legatarju, b'mod partikolari jekk ikun hemm xi tip ta' molestja minn terzi. Jekk ma jkunxhemm tali immissjoni tal-pussess il-legatarju jista dejjem, pero', jipprova fil-konfront ta' terzi,li l-pussess tieghu hu legittimu. F'dan il-kaz il-legatarju ghandu jipprova l-kunsens tal-eredi, lijista ukoll ikun kunsens tacitu. Minhabba dawn ir-ragunijiet kollha l-azzjoni odjerna tal-attur hi ghal kollox legittima;




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni