Reference: 92/2006/1

Judgement Details


Date
09/01/2007
Court
OF APPEAL (CIVIL, SUPERIOR)
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, DEPASQUALE ANTON, MAGRI ALBERT J.
Parties
GIE PARI MUTUEL URBAIN vs ZETURF LIMITED
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
SENTENZA, REGISTRAZZJONI TA` SENTENZA MOGHTIJA MINN QORTI ESTERA
Summary
L-Artikoli 1(1) tal-Council Regulation (EC) no. 44/2001 tat-22 ta' Dicembru 2000 jipprovdi illi:

"This Regulation shall apply in civil and commercial matters whatever the nature of the court ortribunal. It shall not extend, in particular, to revenue, customs or administrative matters."

M'hemmx definizzjoni tat-terminu "civil and commercial matters" madanakollu dan huwa kuncett "indipendenti" li jmur lil hinn mid-diversi kuncetti u fl-istess hin tipprova tarmonizzahom.

Il-Qorti ikkwotat b'approvazzjoni il-principju li n-natura tal-partijiet fir-rapport guridiku in ezami huwa sa certu punt irrelevanti, indipendentement mill-Ligi domestika applikabbli. L-aspett deciziv huwa jekk ir-rapport guridiku ikunx bazat fuq att iure imperii tal-awtorità pubblika.

Dak li huwa importanti ghad-determinazzjoni tal-kwistjoni jekk, fil-kaz de quo, hux qed nitkellmu dwar "a civil (or) commercial matter" jew dwar "(an) administrative matter(s)", huwa li wiehed jara x'poteri ezattament parti jew ohra ezercitat. Jekk dawn il-poteri jkunu differenti jew superjuri minn dawk normalment applikabbli bejn persuni privati fir-relazzjonijiet ta' bejniethom fil-kamp tad-dritt privat,il-kwistjoni ma tkunx tista' verament titqies bhala wahda civili jew kummercjali. Jigi pprecizat lit-tieni parti ta' l-Artikolu 1(1) tghid li r-Regolament ".shall not extend, in particular, to revenue, customs or administrative matters" (sottolinear ta' din il-Qorti), lokuzzjoni li tindika li materji fiskali, doganali w amministrattivi huma wkoll ("in particular") eskluzi, izda dak li hu importanti hu li jigi determinat posittivament jekk il-materja hix wahda civili jew kummercjali, cioe` li taqa' fl-ambitu tad-dritt privat a differenza tad-dritt pubbliku.

Decizjoni ta' qorti li ghalkemm formalment jew apparentement ta' natura civili jew kummercjali, fir-realta` tkun taqa' fl-ambitutad-dritt pubbliku hija espressament eskluza mill-operat tar-Regolament 44/2001 in vista ta' dak lijipprovdi l-Artikolu 1(1) tal-istess regolament, aktar 'l fuq imsemmi.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info