Reference: 537/1996/1

Judgement Details


Date
08/01/2007
Court
CONSTITUTIONAL
Judiciary
DE GAETANO VINCENT, CAMILLERI JOSEPH D., FILLETTI JOSEPH A.
Parties
GERA DE PETRI TESTAFERRATA BONICI GHAXAQ vs AVUKAT GENERALI U KUMMISSARJU TAL-ARTIJI
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Keywords / Summary


Keywords
DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, DRITT GHAT TGAWDIJA PACIFIKA TA` POSSEDIMENTI - PUSSESS U UZU - DRITTIJIET FONDAMENTALI TAL-BNIEDEM, TEHID TA` PROPRJETA` PRIVATA GHAL SKOPIJIET KUMMERCJALI
Summary
Hu ormai pacifiku fil-gurisprudenza ta' din il-Qorti li meta si tratta ta' esproprju li qed jigi kontestat, huwa l-iStat (il-Gvern, l-Ezekuttiv) li hu obbligat li jipprova, a sodisfazzjoni ta' l-organu gudizzjarju, li dak l-esproprju sar fl-interess pubbliku.

Dawn l-istess principji japplikawanke meta, flok esproprjazzjoni fil-veru sens tal-kelma, ikun hemm jew esproprjazzjoni de facto jewsemplicement interferenza fl-uzu tal-proprjeta` jew kontroll ta' uzu tal-proprjeta` kif ravvizat fit-tielet regola (aktar 'l fuq imsemmija) kontenuta fit-tieni paragrafu ta' l-artikolu 1 ta' l-EwwelProtokoll. F'dawn il-kazijiet kollha - u dejjem f'kaz ta' kontestazzjoni - l-Ezekuttiv irid jissodisfa lill-organi gudizzjarji li dak li jkun sar ikun twettaq fl-interess pubbliku jew fl-interess generali. Minbarra dan, huwa dejjem mehtieg li jinzamm bilanc bejn l-interessi tal-kollettivita` u dawk ta' l-individwu.

Interferenza mat-tgawdija ta' proprjetà, kemm jekk permezz ta' esproprjazzjoni jew il-kontroll ta' l-uzu, tista' generalment jitqies bhala gustifikata jekk tirrispetta r-rekwiziti tal-legalità u jekk titqies li qed issir fl-interess pubbliku jew generali. In oltre gie stabilit rekwizit ta' proporzjonalità u l-htiega li wiehed jilhaq bilanc gust bejn il-htigijiet tal-komunità u l-protezzjoni ta' l-interessi ta' l-individwu.

Wiehed irid jezamina c-cirkostanzi kollha tal-kaz konkret, u mhux semplicement jissofferma ruhhu fuq aspetti purament legalistici tal-kaz.

Proprjeta` privata tista tittiehed anke biex jigu promossi (anke jekk mill-privat) attivitajiet kummercjali li jkunu direttament, jew forsi anke indirettament, fl-interess pubbliku izda meta sitratta ta' interferenza ma' proprjeta` privata meta l-iStat ikun ghadu ma akkwistax kompletament dikil-proprjeta`, l-interess pubbliku ghandu jibqa' jissussiti ghall-perijodu kollu ta' dik l-interferenza. Jekk tali interess pubbliku jigi nieqes, allura tigi nieqsa wkoll il-bazi legittima ghal dikl-interferenza.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. If you continue without changing your settings, we'll assume that you are happy to receive all cookies. More Info