Referenza: 1447/1997/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
19/04/2001
Qorti
CIVIL COURT, FIRST HALL
Ġudikatura
CARUANA DEMAJO GIANNINO
Partijiet
AZZOPARDI GODWIN ET vs AZZOPARDI PAUL ET
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
HAJT DIVIZORJU, TIEQA FI - SERVITU`, DISTANZA LEGALI - SERVITU`, TIEQA F`HAJT DIVIZORJU - SERVITU`, TWIEQI MIFTUHIN GHAL FUQ SHAFT
Fil-Qosor
DIN IS-SENTENZA GIET RIFORMATA MILL-QORTI TA' L-APPELL B'SENTENZA DATATA24/9/2004.

Il-ligi trid li twieqi ma jinfethux f'distanza ta` inqas minn sitta u sebghin centimetru mill-hajt divizorju biex ma jkunx hemm introspezzjoni minn fond ghal iehor u biex ma jkunx hemm suggizzjoni ta' gar ghaliehor. Hawnhekk il-Qorti irrilevat li dawn il-konsiderazzjonijiet ma kienux jghoddu peress li mit-tieqa in kwistjoni ma kienx jidher il-fond tal-atturi izda kien jidher biss ix-shaft proprjetà tal-konvenuti stess u l-hajt divizorju.

Min ghandu tieqa miftuha f'hajt divizorju b'mod illegali majista` jarroga lilu nnifsu ebda dritt minn tali tieqa.

Servitù ta` tieqa fil-hajt divizorju taghti lis-sid tal-fond dominanti il-jedd biss li jzomm lis-sid tal-fond servjenti milli jaghlaq dikl-istess tieqa, izda mhux ukoll il-jedd illi jzommu milli jinqeda bil-proprjeta` tieghu.




Operational Programme 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni