Referenza: 118/2001/1

Dettalji tas-Sentenza


Data
25/09/2001
Qorti
OF CRIMINAL APPEAL (INFERIOR)
Ġudikatura
VELLA PATRICK
Partijiet
IL-PULIZIJA vs KHALLOUF FATIHA
ECLI
N/A
Judgement Type
FINAL JUDGEMENT

Kliem Ewlieni / Fil-Qosor


Kliem Ewlieni
AGGUNTIVA TAL-MINISTRU TAL-GUSTIZJA - AWTORITA GHALL PROCEDIMENT - ESTRADIZZJONI - EUROPEAN CONVENTION ON EXTRADITION - KAP 304 - ORDNI TA KUSTODJA - ORDNI TA TREGGIGH LURA - PRIMA FACIE - RATIFIKA TA KONVENZJONI - REAT KONTINWAT
Fil-Qosor
L-argument tal-appellanti li gja' la darba hi ma kienetx l-Italja meta saru dawn ir-reati, allura, ma taqax taht il-gurisdizzjoni Taljana, hu argument legalment zbaljat.

Effettivament jezistuhafna kazijiet, specjalment meta si tratta ta' proceduri ta' estradizzjoni, fejn xi hadd involut fir-reat, jista' jkun il-komplici, per ezempju, ma jkunx fizikament prezenti fil-pajjiz fil-mument lijsir ir-reat. Xorta, pero', legalment huwa responsabbli bhala komplici u xorta jista' jitregga luraghal dak il-pajjiz fejn sar ir-reat biex jigi processat hemmhekk.

Il-Qorti Rimandanti bazikament irriteniet li l-Qrati Maltin ma jistghux jiehdu konjizzjoni tal-European Convention on Extradition peress li dan it-trattat ma giex inkorporat fil-ligi Maltija skont kif provdut bl-Att Dwar ir-Ratifika ta' Trattati (Kap. 304), u, senjatament skont l-Artikolu 3 (3) ta' dan l-Att. Il-Qorti Rimandanti ma qalet xejn aktar minn hekk. Din il-Qorti tara li fil-fehma tal-Qorti Rimandanti dan kienhekk ghaliex dik il-Konvenzjoni ma gietx ratifikata ai termini tas-subartikoli (1) u (2) tal-Artikolu 3 tal-Kap. 304.

Il-Kap. 304 jghid li certi tratti, u allura mhux kull trattat (sottolineartal-Qorti sabiex issir enfasi fuq dak li qed tghid), m'ghandhomx jibdew isehhu dwar Malta kemm il-darba dawn ma jkunux gew ratifikati, jew ir-ratifika taghhom ma tkunx giet awtorizzata jew approvata ai termini tas-subartikolu (1) tal-Artikolu 3. Dawn trattati, li jirrikjedu ratifika b'dan il-mod, huma biss dawk it-trattati li ssir riferenza ghalihom f'dan is-subartikolu (1) tal-Artikolu 3 u li, ghalhekk, sabiex jorbtu lill-Malta fuq livell internazzjonali ghandhom jigu ratifikati bilfors bil-mod u kif jistippla s-subartikolu (2) ta' l-istess Artikolu.

Meta si tratta ta' reat kontinwat,il-ligi penali taghna tibqa tikkunsidrah bhala reat wiehed u wahdu, “a single offence”. Il-Professur Mamo hekk isejjahlu w qatt ma jiddeskrivih bhala xi reat akkompanjat b'cirkostanzi aggravanti. Kif thhid il-ligi, sabiex reat ikun wiehed kontinwat, jehtiec li jikkonkorru tlett rekwiziti, cioe',
(1) diversi azzjonijiet li jivvjolaw l-istess disposizzjoni tal-ligi;
(2) li gew maghmula f'okkazzjonijet differenti; u
(3) li gew maghmula dejjem bl-istess risoluzzjoni jew intenzjoni kriminuza biex tinkiser dik l-istess disposizzjoni tal-ligi.




Programm Operattiv 1
CONvErGE connected eGovernment


Dan is-sit jagħmel użu mill-cookies biex jiggarantilek l-aħjar esperjenza. Jekk ma tbiddilx is-settings tiegħek, nifhmu li qed taċċetta l-użu tal-cookies b’mod awtomatiku. Iktar Informazzjoni